Quddiem l-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji
Quddiem l-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji
Każ ASF 025/2024
CL
(‘l-Ilmentatur’)
vs Bank of Valletta p.l.c.
Reg. C 2833
(‘il-Fornitur tas-Servizz’ jew ‘Bank’ jew
‘BOV’)
Seduta tal-24 ta’ Jannar 2025 L-Arbitru,
Ra l-ilment,1 li l-Uffiċċju tal-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji (‘OAFS’) rċieva fil-31 ta’ Jannar 2024, fejn l-Ilmentatur issottometta li bejn Ottubru 2022 u Mejju 2023 huwa għamel diversi pagamenti mill-kont tiegħu mal-BOV li b’kollox ammontaw għal €65,446.57.
L-Ilmentatur allega ▇▇ ▇▇▇▇ qed jittrasferixxi ▇▇▇▇ il-flus biex mingħalih jiġu nvestiti minn C2gGoBuy u ▇▇▇▇▇▇▇.▇▇▇▇ fi kriptoassi (‘crypto-assets’), iżda l- frodisti li ħajruh u kienu qed jiggwidawh biex jinvesti flusu fil-kriptoassi spiċċaw serqulu ▇▇▇▇ il-pagamenti kollha.
L-Ilmentatur allega ▇▇ ▇▇▇ ma kienx xi każ ta’ investiment li mar ħażin iżda każ
fejn huwa bagħat flus lill-frodisti. Huwa spjega li ▇▇ ▇▇▇▇ mingħalih qiegħed
1 Pagna (P.) 1 – 6 u dokumenti annessi p. 7 – 141
L-ilment u ċertu sottomissjonijiet oriġinarjament saru bl-Ingliż. Din id-deċiżjoni hija maħruġa bil-Malti ▇▇▇▇▇▇ ▇▇ l- partijiet jifhmu sew il-lingwa Maltija u s-seduti, fil-fatt, saru kollha bil-Malti. Anke s-sottomissjonijiet finali saru bil-Malti miż-żewġ partijiet.
jagħmel tranżazzjonijiet fi kriptoassi u ▇▇ ▇▇▇▇ qiegħed jaqla’ l-flus minn ▇▇▇▇ it-
tranżazzjonijiet hekk kif urewh il-frodisti fuq il-pjattaforma tagħhom.
L-Ilmentatur spjega wkoll li hekk kif ġie biex jiġbed flusu huwa beda jiġi mitlub
jagħmel diversi ħlasijiet u kien f’dak l-istadju li rrealizza li din kienet scam.
L-Ilmentatur talab lill-Bank biex jirrifondilu t-telf kollu ▇▇ ▇▇▇▇▇▇ għax, skont hu, l- Bank naqas mill-obbligi fiduċjarji u regolatorji li għandu biex jipproteġi lill-klijenti mill-frodisti.
L-Ilmentatur enfasizza li l-Bank kellu responsabbilità għat-telf imġarrab għax ma tax kas obbligi li għandu ta’ moniteraġġ tal-pagamenti fejn saħaq li l-Bank kieku kien jinduna li l-klijent tiegħu kien qed jiġi mmanipulat mill-frodisti u, allura, kien iwaqqaf il-pagamenti sa ma jagħmel indaġni sew dwarhom.2 Fl-ittra tal-ilment formali li l-Ilmentatur għamel mal-Bank u ▇▇ ▇▇▇▇ ▇▇▇▇▇▇▇ ▇ ▇▇▇▇▇ referenza għaliha fl-ilment tiegħu mal-OAFS,3 intqal, fosthom:
‘On the basis of various signs, you should have assumed that something suspicious was going on therefore should have suspended transactions until reasonable enquiries could be made to verify that the transactions were properly executed’.4
F’wieħed mid-dokumenti annessi bħala parti mill-ilment tiegħu li sar mal-OAFS, l-Ilmentatur, fosthom, ukoll issottometta li:
‘In providing its services to a customer, a financial institution is required by law to exercise the care and skill of a diligent, prudent banker. In this case, this means that the payment service provider should not turn a “blind eye” to known facts pointing to a real possibility that their customer is being scammed. In other words, the Bank of Valletta must have had special knowledge of what was occurring or been alerted to a real possibility of fraud taking place. The financial institution must have known or reasonably ought to have known that I was dealing with a scammer’.5
2 P. 10; 34
3 P. 1 - 3 u 7 - 15
4 P. 10
5 P. 34
2
Huwa ssottometta wkoll li l-Bank kellu obbligi skont il-Payment Services Directive EU 2015/2366 (PSD 2), fejn għamel referenza għal parti minn recital 95, li din tgħid:6
‘… [All payment services offered electronically should be carried out in a secure manner, adopting technologies able to guarantee the safe authentication of the user and] to reduce, to the maximum extent possible, the risk of fraud.’
Ġie wkoll sottomess li l-PSD2 tipprovdi, fosthom, ▇▇▇ ▇▇ ġej:
‘“in order to safeguard clients” interests, the payment service provider reserves the right to block a payment instrument – typically for objectively justified reasons related to the security of the payment instrument or the suspicion of unauthorised or fraudulent use of the payment instrument.’
Qal ukoll li skont Artikolu 68(2) u (3) tal-istess direttiva, l-Bank ▇▇▇▇▇ ▇▇▇▇▇ iwaqqaf pagamenti fejn ▇▇▇▇ suspett ta’ frodi. Artikolu 68(2) u (3) jgħid:
‘2. If agreed in the framework contract, the payment service provider may reserve the right to block the payment instrument for objectively justified reasons relating to the security of the payment instrument, the suspicion of unauthorised or fraudulent use of the payment instrument …
3. In such cases the payment service provider shall inform the payer of the blocking of the payment instrument and the reasons for it in an agreed manner, where possible, before the payment instrument is blocked and at the latest immediately thereafter, unless providing such information would compromise objectively justified security reasons or is prohibited by other relevant Union or national law’.
L-Ilmentatur għamel diversi sottomissjonijiet oħra fit-tul7 li l-Arbitru ser jieħu konjizzjoni tagħhom fejn applikabbli iżda li mhux qed jiġu riflessi f’▇▇▇ is- sommarju ▇▇▇▇ fuq ta’ dawk li huma meqjusa bħala l-punti prinċipali relevanti mqajma mill-Ilmentatur f’▇▇▇ l-ilment fil-każ tiegħu kontra BOV.8
Rimedju mitlub mill-Ilmentatur
Bħala rimedju, l-Ilmentatur indika l-ammont totali ta’ EUR 65,446.57.9
6 P. 36
7 P. 7-15 u p. 33-47
8 U ▇▇▇ ▇▇▇▇ ai ▇▇▇▇▇▇▇ ▇▇’Artikolu 19(3)(d) tal-Kap.555 li jipprovdi li fil-qadi tal-funzjonijiet tiegħu, l-Arbitru għandu “jittratta lment b’mod proċeduralment ġust, informali, ekonomiku u mħaffef”. Kunsiderazzjoni wkoll ittieħdet f’▇▇▇ ir-rigward tal-punti prinċipali kontra l-Bank imqajma mill-Ilmentatur fix-xhieda tiegħu hekk kif ittrattat iżjed ’il quddiem f’din id-deċiżjoni.
9 P. 3
3
Ra r-Risposta tal-BOV:
Fejn il-Fornitur tas-Servizz bagħat risposta10 tat-22 ta’ Frar 2024 (bi żball datata 2023), li fiha sostna r-rifjut li jikkumpensa lill-Ilmentatur għax sostna li l- Ilmentatur kien totalment responsabbli għat-telf ▇▇ ▇▇▇▇▇▇. Il-Bank issottometta, fosthom, ▇▇▇ ▇▇ ġej:
‘2. Whereas with reference to the transactions listed by the complainant which occurred between October of the year 2022 and May 2023, the Bank respectfully submits that in order to execute such transactions, it had received legitimate instructions from the complainant through the necessary channels. Most of these transactions were done through the Complainant’s Cashlink Visa ending in number …00, through the 3D Secure app, by virtue of which the Bank implements Secure Customer Authentication. This confirms that the transactions were carried out with the cardholder’s explicit authentication and authorization. This system is in line with the Payment Service Directive 2 which provides the following:
“strong customer authentication” means an authentication based on the use of two or more elements categorised as knowledge (something only the user knows), possession (something only the user possesses) and inherence (something the user is) that are independent, in that the breach of one does not compromise the reliability of the others, and is designed in such a way as to protect the confidentiality of the authentication data’. [Article 4(30) of PSD2 – Emphasis added by BOV]
3. Whereas apart from strong customer authentication, the Bank implements a system of “dynamic linking” as outlined in the Commission Delegated Regulation (EU) 2018/389, which supplements the PSD 2. Article 5 provides the following:
‘Where payment service providers apply strong customer authentication in accordance with Article 97(2) of Directive (EU) 2015/2366, in addition to the requirements of Article 4 of this
10 P. 147 – 154 u dokumenti ▇▇▇▇▇▇▇ ▇. 155 - 190
4
Regulation, they shall also adopt security measures that meet each of the following requirements:
(a) the payer is made aware of the amount of the payment
transaction and of the payee;
(b) the authentication code generated is specific to the amount of the payment transaction and the payee agreed to by the payer when initiating the transaction;
(c) the authentication code accepted by the payment service provider corresponds to the original specific amount of the payment transaction and to the identity of the payee agreed to by the payer;
(d) any change to the amount or the payee results in the invalidation of the authentication code generated.’ [Emphasis added by BOV]
4. Whereas all these elements were satisfied in the transactions effected by [the Complainant] and moreover, an SMS alert for each card transaction was sent as can be seen in the log [Marked Doc.A attached to its reply].11 Upon receipt of these SMS’s, [the Complainant] never contacted the Bank regarding not wanting to do these transactions or not having given his consent to do them. This shows that the transactions were done voluntarily by [the Complainant] and that once authorised, he expected the Bank to implement his instructions as it is bound to do according to the terms of service.
5. Whereas besides the transactions effected by his card, [the Complainant] made another 4 payments through the Internet Banking system, all of which were a “Payment Order Outwards”, and each one was for €5000. These were done on the 29/11/2022, 07/12/2022, 02/02/2023, 08/02/2023. These transactions were once again authorised through strong customer authentication and thus the Bank had the consent of [the Complainant] to affect these transactions. One should note that the description entered by [the Complainant] himself for all these payments were “own account transfers” and in fact the creditor/recipient of these
11 P. 156 - 159
5
payments was [the Complainant] as can be seen from [Doc. B attached to its reply].12
6. Whereas in his demand letter attached with his complaint, [the Complainant] states “Money was transferred from my Bank of Valletta account in the total amount of 65,446.57 EUR utilizing your services” [Fol.7]. Respectfully, the Bank submits that the money was transferred upon the express instructions and due authorisation of [the Complainant] himself and he was fully aware of the amounts he was transferring, the recipient of such money and the platform on which this money was being received. Therefore, [the Complainant] was an active participant in this transfer. Moreover, when a Bank representative called [the Complainant] on the 6th of September 2023, regarding the issue in question, she informed him that the transactions were done with the 3D Secure app, meaning that he knew who the recipient was for each transaction. [The Complainant] agreed with this statement.
7. Whereas months after the transactions were effected, that is, in August of 2023, [the Complainant] contacted the Bank claiming that he was defrauded and thus he wanted his money back. At this point, all the Bank could do was request a recall of the funds from the beneficiary bank for those 4 payments carried out through internet banking. However, a negative reply was received that the recall could not be affected due to insufficient funds in the recipient account. Once ▇▇▇ had this reply, it informed [the Complainant] accordingly. Moreover, the Bank had informed [the Complainant] to make a police report regarding the situation.
8. Whereas with respect to the transactions effected on his card, the Bank raised a dispute for each transaction with the foreign banks of the merchants, under the standard Card Scheme dispute mechanisms. These banks informed BOV that their merchants provided [the Complainant] with a service (a Crypto Wallet), and that he had accepted the terms and conditions of this service which was fully rendered. Furthermore, the
12 P. 160 - 162
6
transactions were fully authenticated and authorised by [the Complainant]. Thus, he was not entitled to a refund.
9. Whereas when [the Complainant] made the payments, he did not indicate or make some condition that he wanted the choice to cancel the payment, months after it was made. Obviously, the Bank would have rejected this condition ab initio because it is not reasonable to expect to cancel duly authorised payments, months after they were authorised.
10. Whereas article 40(1) of Directive 1 of the Central Bank of Malta (which Directive is based on the PSD2) provides that a payment transaction is considered to be authorised only if the payer has given consent to execute the payment transaction. As explained, the Bank received legitimate instructions from credentials and systems associated with the Complainant, a state of fact that is not disputed by the Complainant himself, and therefore has no obligation to refund the Complainant.
11. Whereas in this context, the Terms and Conditions of the BOV Cashlink Visa [as per Doc.C titled Product Information Guide of the BOV Cashlink Visa, page 6]13 which [the Complainant] voluntarily accepted, provide the following regarding a cancellation of a payment:
“We cannot cancel a payment made using your Card once you have given consent to make the payment to a retailer or supplier or provided your PIN and/or Card/Security Details and enabled the processing of the payment. You will need to contact the retailer or supplier separately. This includes payments made on a regular basis (recurring transactions) from your Account” [Article 6(b) of the Terms and Conditions of the BOV Cashlink Visa.
12. Moreover, the Terms and Conditions of the 24x7 Service which [the Complainant] used to approve the 4 payments of €5000 each, provide the following regarding the cancellation of a payment instruction:
“If you ask us to make a payment immediately, we cannot change it or cancel the payment instruction because we start processing it when
13 P. 168
7
we receive it”. [Doc.D, titled “BOV 24x7 Services – Important Information and Terms and Conditions of Use”, page 6]14
The Bank respectfully submits that this clause is in conformity with article
80 of the Payment Services Directive 2, entitled “Irrevocability of a payment order”.
13. Whereas [the Complainant] had the choice to decide with whom to invest his money and cannot expect the Bank to take responsibility for actions which resulted from his own choices. Moreover, the Bank only provided [the Complainant] with the service of processing payments he duly authorised. BOV never provided him with any advice regarding investing his money and [the Complainant] never requested such advice. Therefore, he cannot now expect the Bank to bear any liability for his investment choices.
14. Whereas as part of the payment processing service, the Bank sent the money to the recipient indicated by [the Complainant] and on the platform indicated by him. This platform is legitimate and not in the control of the Bank. Once the funds left BOV, the Bank would not have any further control over them. The platform where the money is sent, is one of the factors the Bank takes into consideration in its’ transaction monitoring process of every transaction. In [the Complainant’s case], the platform was a legitimate one which is duly registered with the Malta Financial Services Authority. The description of the “Crypto” app itself provides that “▇▇▇▇▇ ▇▇▇ MT Limited, a company incorporated in Malta with Company number (C88392) trading under the name “▇▇▇▇▇▇.▇▇▇” via the ▇▇▇▇▇▇.▇▇▇ app is licensed as a Class 3 Virtual Financial Assets Service Provider by the Malta Financial Services Authority”. [Extract from the description of the app “Crypto” on the App Store]. Therefore, there were no suspicions for the Bank with respect to the platform where the funds were being sent, especially when taking into consideration that the jurisdiction the company was incorporated in is NOT a high-risk jurisdiction.
14 P. 178
8
15. Whereas as part of its’ transaction monitoring obligations and procedures, the Bank also checks the amount of transaction and the jurisdiction where these funds will be received. In [the Complainant’s] case, none of these elements had any suspicious signs which could have led the Bank to stop the transactions. There were no “transactional anomalies” [Fol.037] which could have led the Bank to stop the transactions.
16. Whereas if [the Complainant] has an issue with how the money was processed on the platform he sent them to, he should file a claim with the responsible entity, which is definitely not BOV.
17. In view of the above, the Bank respectfully submits that it is not the proper party against whom this case should have been instituted (“il-leġittimu kontradittur”). This point is further evident in the arguments made by [the Complainant] in his complaint, which will be examined below.
[The Complainant’s] Claim
18. [The Complainant] attached multiple copies of the same “Demand Letter” with his complaint, explaining why he was let down by the Bank. In this letter, he makes numerous, serious, unfounded allegations against BOV, all of which the Bank vehemently denies.
19. Whereas in the section entitled “Merchant’s Fraud Scheme – Allegations” there are listed a number of actions which the Bank allegedly carried our which led/enables the fraud [the Complainant] was a victim to. The Bank makes particular reference to point 2 of this list which provides that “The Company opened bank accounts and established Crypto Wallets in multiple countries and different crypto exchange platforms (including your) and used them through their accomplices and strawman from around the world to conceal and disguise the identity of illegally obtained proceeds so that they appear to have originated from legitimate sources” [Fol. 09].
20. Whereas from this point alone, it is clear that [the Complainant’s] allegations should not be directed towards BOV, but towards the company
9
who offered him services related to Crypto Wallet. BOV is not authorised by the MFSA to provide services related to Virtual Financial Assets – it does not offer this service. This fact further confirms that the Bank had no knowledge of the actions occurring on the Crypto app/wallet and could definitely not control it. Therefore, [the Complainant] should raise his complaint with the duly authorised entity who offered him the crypto wallet.
21. Whereas [the Complainant] already seems to be cognizant of the fact that his claim should be directed at the company who offered him the services of the Crypto Wallet. This due to the fact that on the 1st September 2023, [the Complainant] physically presented to BOV (at Rabat branch) an identical letter to the one attached with his complaint addressed to BOV, however in the letter he presented to Rabat branch, he simply changed the recipient to “▇▇▇▇▇▇.▇▇▇” (as per the letter marked Doc. E to its reply).15
22. Whereas amongst the allegations made by [“the Complainant”], he states that “I did not know and through the exercise of reasonable diligence could not have discovered the fraud that was being perpetrated upon me by the Company” (Fol. 8). The Bank denies that it ever intended to carry out or that it carried out any fraud upon [the Complainant]. All the Bank did was offer him a financial service where it provided him with a bank account and the possibility to transfer funds from such an account. Moreover, when [the Complainant] gave due instructions to the Bank to effect a transfer, the Bank did so. Therefore, the Bank fails to understand how [the Complainant] is equating this basic service to fraud and making the serious allegation that the Bank defrauded him.
23. Among the unfounded allegations [the Complainant] made are the following:
- He states that the Bank made “false representations and omissions” which “deceive consumers such as myself into unwittingly providing the funds that fueled the Companys fraudulent scheme”. (Fol. 9)
15 P. 183
10
- He states that “your services undoubtedly served as a crucial element in the fraudulent scheme detailed herein.” (Fol. 11)
- He states that “no matter how inexplicable and suspicious these transactions were, you executed each and every transaction, thus unlawfully generating immense profit from a fraud.” (Fol. 14)
24. [The Complainant] failed to explain exactly how the Bank defrauded him or what was this “fraudulent scheme” which the Bank supposedly carried our and made profit from. All the Bank did was offer him a simple banking service of transferring money.
25. [The Complainant] also states that “you knew or should have known that the funds being transferred through your services did not rightfully belong to the recipient fraudsters”. (Fol. 11). The Bank respectfully submits that the recipient of these funds was [the Complainant] himself and these funds were being received on a genuine platform (crypto wallet), as already illustrated in point 14 above. Therefore, the Bank fails to understand exactly how [the Complainant] is referring to himself as a “fraudster”.
26. Whereas [the Complainant] also highlights “the importance of implementing robust internal systems to detect and report money laundering and suspicious activity”. (Fol. 11) Once again, the Bank emphasises the fact that these duly authorised transactions were being made to an account in the name of [the Complainant] himself and not a third party. Moreover, transaction monitoring was duly carried out on each transaction, and no suspicious triggers resulted from the transaction monitoring procedure which would have led the Bank to stop the transactions. There were no “unusual or suspicious activity” (Fol. 34), “obvious dangers” (Fol. 34) or “out of pattern transactions” (Fol.35) as alleged by [the Complainant]”.
27. Whereas the Bank was not cognisant of anything which happened on the platform where the funds were received and where any alleged fraud could have happened. The Bank would not be cognizant of the actions
11
performed on the Crypto Wallet and is not in a position to monitor the activity going on there.
28. Whereas the Bank was also not cognizant of the ongoing chats between him and the third party, an extract of which he attached from pages 102- 141 of his complaint. Therefore, it is unfounded for [the Complainant] to say that “the financial institution must have known or reasonably ought to have known that I was dealing with a scammer” (Fol. 34). Respectfully, the Bank submits that [the Complainant] himself did not realise he was talking to a scammer, therefore it is not responsible for him to expect that the Bank should have realised this, when all the Bank had visibility to were the duly authorised transactions to [the Complainant’s] own account.
29. Moreover, with reference to these chats the Bank would like to point out that when corresponding with this third party, he openly admits that he does not know anything about Crypto and the investments she was telling him about. [Fol. 124). Therefore, the Bank respectfully submits that if he knew notħing about this, he should have sought investment advice or carried out the necessary due diligence. Once again, the Bank submits that [the Complainant] never sought investment advice from the Bank and executed the transactions on his own, and of his own volition”.
[Bank’s concluding remarks]
30. For the reasons articulated above, the Bank respectfully submits that the Complainant’s claims are unfounded and that Bank of Valletta plc is not the correct financial services provider who should be held liable for any loss suffered by [the Complainant].
31. Chapter 555 of the Laws of Malta vests the Honourable Arbiter with the authority to decide a case on the basis, inter alia, of the Complainant’s legitimate expectations and what he deems fair and equitable in the circumstances of the case. The Bank very respectfully submits that such element of fairness and a customer’s legitimate expectations are founded and pivot on a balance between rights and obligations whereby a customer most certainly has rights but also an inherent interest and obligation to faithfully abide with all terms, conditions as well as
12
guidelines issued by the Bank, as these are ultimately intended to serve and protect the customer.
32. The Bank reserves the right to bring oral and documentary evidence in order to substantiate the defenses raised in this reply, as well as to make submissions both verbally and in writing pursuant to the provisions of Chapter 555 of the Laws of Malta.
33. The Bank reserves all rights/actions pertaining to it at law, and respectfully requests the Arbiter to reject and dismiss the complaints’ claims.’16
Jikkonsidra:
Eċċezzjoni Preliminari
Fis-sottomissjonijiet tiegħu tat-22 ta’ Frar [2024], il-Bank qajjem il-punt li huwa ma kienx il-leġittimu kontradittur f’▇▇▇ il-▇▇▇ ▇▇▇▇▇▇ li l-pagamenti li għamel l- Ilmentatur mill-kont tiegħu mal-BOV, li kienu approvati ▇▇▇▇▇ ▇▇▇▇▇, marru ġewwa l-kont li huwa kellu ma’ fornitur liċenzjat ▇▇▇▇ Malta, ▇-▇▇▇▇▇▇.▇▇▇; u ▇▇ ▇▇▇▇ minn ▇▇▇ il-kont ta’ fornitur tas-servizz finanzjarju ieħor li l-pagamenti ġew imbagħad trasferiti lill-frodist.
Il-BOV, fosthom, issottometta li min-naħa tiegħu il-Bank ipproċessa l-pagamenti hekk kif mitlub ▇▇▇▇▇ mill-Ilmentatur u li jekk l-Ilmentatur kellu problema kif ▇▇▇▇ il-pagamenti ġew sussegwentement ipproċessati fuq il-pjattaformi ta’ ▇▇▇▇▇, ▇▇▇▇▇▇, l-Ilmentatur għandu jfittex ▇▇▇▇ it-▇▇▇▇▇ u mhux lill-BOV.
Il-punt imqajjem mill-Bank f’▇▇▇ ir-rigward huwa meqjus mill-Arbitru bħala aspett relatat mal-kunsiderazzjonijiet tal-▇▇▇▇▇ ▇▇▇-▇▇▇. Ma hemmx dubju li d- diversi pagamenti in kwestjoni ħarġu oriġinarjament mill-kont tal-BOV. L-Arbitru għalhekk irid jikkunsidra jekk kienx ▇▇▇▇ xi nuqqas min-naħa tal-Bank fir- rigward ta’ tali pagamenti, hekk kif allegat mill-Ilmentatur, b’mod partikolari fuq il-moniteraġġ tat-tranżazzjonijiet.
16 P. 147 - 154
13
L-Arbitru ser jittratta u jikkunsidra biss l-allegat nuqqas tal-Bank fil-każ odjern u mhux ta’ xi ▇▇▇▇▇ oħra17 u, għalhekk, ser issa jipproċedi biex jikkunsidra l-merti.
Fil-Mertu
L-Arbitru jrid jiddeċiedi ▇▇▇ il-każ skont dak li, fil-fehma tiegħu, huwa ekwu,
ġust u raġonevoli fiċ-ċirkostanzi partikolari u merti sostantivi tal-każ. Kunsiderazzjonijiet
Sfond ġenerali tal-frodi
L-allegat frodi jinvolvi każ tipiku ta’ pig butchering scam. Hekk kif joħroġ mid- dokumenti ppreżentati u l-informazzjoni pprovduta ▇▇▇▇▇ il-proċeduri ta’ ▇▇▇ il- każ, l-Ilmentatur beda inizjalment jitkellem ma’ xi ħadd ▇▇ ▇▇ kienx jaf fuq Facebook. Din il-persuna ▇▇ ▇▇▇▇ jitkellem magħha bdiet turi ċertu interess fih u, eventwalment, ipperswadietu jibda jinvesti fil-kriptoassi taħt il-gwida tagħha.18
L-interess u l-fiduċja tal-Ilmentatur ġew akkwistati mill-frodist/a permezz ta’ diversi messaġġi u komunikazzjonijiet li kienet tibgħatlu b’mod regolari fuq messaging apps. L-Ilmentatur spiċċa jagħmel diversi pagamenti mill-kont tiegħu bankarju għal crypto service provider illiċenzjat lokali fejn il-flus tiegħu ġew konvertiti fi kriptoassi (primarjament USDT) u fejn il-kriptoassi sussegwentement ġew trasferiti mill-Ilmentatur taħt il-▇▇▇▇▇ ▇▇▇-frodist lejn wallets esterni (jiġifieri kontijiet tal-kriptoassi esterni) fejn mingħalih ▇▇ ▇▇▇▇ kienu ser jiġu investiti.
▇▇▇▇ il-pagamenti saru fuq perjodu twil ta’ madwar seba’ xhur bejn Ottubru 2022 u Mejju 2023 fejn il-frodist/a kien dejjem tiggwidah ▇▇▇▇ ▇▇▇▇ x’għandu jagħmel (sa mill-ewwel pass biex jiftaħ il-kont fi kriptoassi, l-pagamenti u tranżazzjonijiet sussegwenti).
Biex jieħu flusu ▇▇▇▇ u l-profitti li qalulu ▇▇ ▇▇▇▇ għamel, l-Ilmentatur ġie l-ewwel mitlub jagħmel diversi pagamenti oħra qabel, liema talbiet kienu biss tentattivi biex il-frodist/a tipprova tieħu iżjed flus. Hekk kif xehed waqt is-seduta tat-3 ta’ Settembru 2024:
17 L-Ilmentatur għamel ilment ASF 162/2024 kontra ▇▇▇▇▇ ▇▇ dwaru l-Arbitru qed joħroġ deċiżjoni parallela.
18 P. 97, 192
14
‘Bagħtuli fuq Telegram u qaluli li biex ▇▇▇▇▇ ▇▇▇▇▇’ nieħu l-flus tiegħi, irrid inħallas €14,000 f’daqqa biex niftaħ il-kont għax kien qisu ffriżat. U jiena meta ▇▇▇▇ ▇▇ ridt inħallas aktar, għamilt one plus one, u ndunajt ▇▇ ▇▇▇▇ riedu jeħduli aktar flus’.19
L-Ilmentatur saħansitra ▇▇▇▇▇▇ il-Kanada biex jiltaqa’ mal-persuna ▇▇ ▇▇▇▇ qabel jitkellem magħha fuq il-Facebook u Whatsapp jew Messenger,20 iżda ▇▇▇ ▇▇▇▇ għalxejn u wara diversi skużi ġie bblokkat mill-kuntatti kollha li kellu u rrealizza li din kienet scam.
L-Arbitru jixtieq l-ewwel jinnota ▇▇ ▇▇ tqajjem l-ebda dubju fuq il-veraċità ta’ dak li ingħad mill-Ilmentatur rigward jekk kienx vittma ta’ frodi. L-Arbitru huwa sodisfatt biżżejjed ▇▇ ▇▇ hemmx dubju raġonevoli fuq ▇▇▇ l-aspett. Anke fuq bilanċ ta’ probabilità ▇▇▇▇ biżżejjed fatturi li juru ▇▇ ▇▇▇▇ ▇▇▇▇▇ ▇▇ l-Ilmentatur safa vittma ta’ scam.
L-Arbitru ħa diversi fatturi f’▇▇▇ ir-rigward fejn ikkunsidra, fosthom: iċ- ċirkostanzi partikolari tal-każ, ix-xhieda u l-evidenza pprovduta u n-natura u l- kredibilità tal-avvenimenti li seħħew hekk kif spjegati f’▇▇▇ il-każ,21 ir-rapport li sar mill-Ilmentatur lill-pulizija datat il-31 t’Awwissu 2023,22 ix-xhieda ġuramentata tal-Ilmentatur fuq il-każ ta’ frodi;23 kopja ta’ diversi messaġġi bejn il-frodist/a u l-Ilmentatur;24 l-kopja tal-bank statements li juru l-ħruġ ta’ flus għal crypto;25 u t-tentattiv ta’ chargebacks u recalls li saru.26
▇▇▇▇ kollha jsaħħu b’mod suffiċjentament konvinċenti t-teżi ta’ frodi u li l- Ilmentatur safa vittma tagħha.
19 P. 193
20 P. 97 u 196
21 Li tipikament jirrifletti sitwazzjoni ta’pig butchering crypto scams li ltaqa’ magħhom l-Arbitru f’diversi każijiet preċedenti (eż. Każ ASF 158/2021) u oħrajn eżistenti quddiemu u li huwa fenomenu hekk kif irrapportat f’diversi media globali partikolarment f’▇▇▇▇ l-aħħar snin (eż. Footnote 56 u 57 tal-Każ ASF 158/2021).
22 P. 96 - 100
23 P. 191 - 196
24 P. 102 - 141
25 P. 16 - 21; 73 - 80; 93 - 94; 203 - 236
26 P. 197
15
L-ilment u l-pagamenti in kwestjoni
Waqt is-seduta tat-3 ta’ Settembru 2024, l-Ilmentatur, fosthom, issottometta li l-Bank kellu d-dmir jintervjeni fir-rigward tal-pagamenti ▇▇ ▇▇▇▇ qed jagħmel. ▇▇▇ ▇▇▇▇ l-punt kruċjali ta’ ▇▇▇ l-ilment. L-Ilmentatur, fosthom, xehed li:
‘... nemmen li jekk ▇▇▇▇ ▇▇▇▇ affarijiet li ħerġin u ma jkunux normali
bħalma kienu qabel, hija ▇▇▇▇ ▇▇ għandu jieħu ħsieb il-bank ...’.27
‘...t-tranżazzjonijiet li għamilt ▇▇▇▇▇ ▇▇▇▇▇ kif għidt ftit ilu, kienu
“inexplicable” u “suspicious”.
Mistoqsi għalfejn qed ngħid li huma suspettużi meta għamilthom ▇▇▇▇ ▇▇▇▇▇ u marru fil-kont tiegħi stess, ngħid li kienu suspettużi għax ▇▇▇▇ ▇▇▇▇ ilni ▇▇▇▇ ▇▇▇▇ qatt ma ▇▇▇▇ ▇▇▇▇ bħalhom. Allura, immaġinajt li l-bank għandu jċempilli u jibgħat għalija u jgħidli li hawnhekk ▇▇▇▇ ▇▇▇▇▇▇ ċans li qed nigi iffrodat ...
Jien immaġinajt li xi ħadd għandu jiġbidli l-attenzjoni biex jien ma nibqax għaddej bihom ▇▇▇▇ l-affarijiet għax jien ma kontx konxju. Però, bħalma qed ngħid, qatt ma ▇▇▇▇ ▇▇▇▇ transactions ▇▇ ▇▇▇▇ f’qasir żmien ▇▇▇▇ ili mal-BOV. Lanqas qatt u jekk tiċċekkja l-history ovvjament għandek tinduna’.28
Din hija skeda tal-pagamenti li dwarhom qed isir ▇▇▇ l-ilment:29
16
TABELLA A
DATA | VISA CARD EURO | SEPA OnLine EURO | |
1 | 26.10. 2022 | 1070.38 | |
2 | 08.11.2022 | 1063.11 | |
3 | 15.11.2022 | 1029.82 | |
4 | 16.11.2022 | 1023.89 |
27 P. 194
28 P. 195
29 P. 16 - 21; P. 55 - 56; P. 65 - 70 & P. 230 - 236
DATA | VISA CARD EURO | SEPA OnLine EURO | |
5 | 19.11.2022 | 1028.86 | |
6 | 19.11.2022 | 1027.91 | |
7 | 21.11.2022 | 1123.89 | |
8 | 22.11.2022 | 2044.39 | |
9 | 24.11.2022 | 2558.30 | |
10 | 29.11.2022 | 5000.00 | |
11 | 30.11.2022 | 2554.76 | |
12 | 02.12.2022 | 1027.53 | |
13 | 05.12.2022 | 2575.34 | |
14 | 05.12.2022 | 2557.12 | |
15 | 07.12.2022 | 5000.00 | |
16 | 09.12.2022 | 2509.96 | |
17 | 12.12.2022 | 2539.48 | |
18 | 15.12.2022 | 2508.36 | |
19 | 17.12.2022 | 2508.36 | |
20 | 17.12.2022 | 2526.52 | |
21 | 19.12.2022 | 2501.85 | |
22 | 02.02.2023 | 5000.00 | |
23 | 08.02.2023 | 5,000.00 | |
24 | 19.04.2023 | 96.91 | |
25 | 29.04.2023 | 2033.99 | |
26 | 02.05.2023 | 25.66 | |
27 | 02.05.2023 | 288.61 | |
28 | 05.05.2023 | 2166.67 |
17
DATA | VISA CARD EURO | SEPA OnLine EURO | |
29 | 09.05.2023 | 2283.47 | |
30 | 15.05.2023 | 2772.14 | |
TOTAL | €45,447.30 | €20,000 |
B’kollox, inkorra telf ta’ €65,447.3030 permezz ta’ ▇▇▇▇ il-pagament li kollha saru minn Savings account tal-Ilmentatur b’numru jispiċċa …61.
▇▇▇▇ il-pagamenti jidher li saru f’kont f’isem l-Ilmentatur li l-frodist għenu biex jiftaħ ma’ ▇▇▇▇▇▇.▇▇▇. Jidher li minn ▇▇▇▇ ▇▇▇▇ il-flus ġew konvertiti fi crypto- assets li b’xi mod wara ġew trasferiti f’wallet estern (jiġifieri mhux tal- ▇▇▇▇▇▇.▇▇▇) ikkontrollat mill-frodist.It-trasferimenti li saru mill-kont ta’ ▇▇▇▇▇▇.▇▇▇ ▇▇▇▇ ▇▇▇▇▇▇▇ għal ilment differenti, għalkemm relatat, li l- Ilmentatur għamel mal-Fornitur tas-Servizz lokali li jmexxi ▇▇▇▇▇▇.▇▇▇ li d- deċiżjoni dwarha qed toħroġ b’mod parallela ma’ din id-deċiżjoni.
Meta irrealizza ▇▇ ▇▇▇▇ ġie migdum, fil-31 t’Awwissu 2023 għamel ilment mal- BOV31 fejn talab lill-Bank jirrifondi l-flus ▇▇ ▇▇▇▇ tilef għax sostna li l-Bank ma kellux is-sistemi li suppost ikollu biex ma jħallihx ikun tradut mill-frodist.
Sar rapport mal-pulizija fl-istess jum tal-31 t’Awwissu 2023.32
Jidher li d-dewmien biex saru rapporti dwar sensiela ta’ pagamenti frawdolenti li ntemmet f’nofs Mejju 2023 kien kawżat minn attentati tal-Ilmentatur biex isolvi l-problemi hu direttament. Saħansitra ▇▇▇▇▇▇ lejn Toronto, l-Canada, biex mingħalih jiltaqa’ mal-▇▇▇▇ ▇▇ kienet qed tidderiġih biex jidħol fin-nassa tal- frodisti ▇▇▇▇ ▇▇▇▇▇ taddotta ċerta intimità u rumanzi fl-iskambji ▇▇ ▇▇▇▇ ikollhom.
Il-Bank attiva talbiet għal ‘chargeback’ u recall tal-pagamenti frawdolenti iżda ▇▇▇▇ ma rnexxewx. ▇▇▇▇▇▇.▇▇▇ qalu ▇▇ ▇▇▇▇ l-Ilmentatur stess li tahom struzzjonijiet biex jittrasferixxu l-crypto-assets f’wallet estern li jidher ▇▇ ▇▇▇▇
30 Fil-fatt, fl-ilment qal li t-telf ▇▇▇▇ ▇▇’ €65,446.57
31 P. 39 - 47
32 P. 96 - 100
18
ikkontrollat mill-frodist u, għalhekk, ma kellhomx obbligu jirrifondu. Kif ġie indikat qabel, il-▇▇▇▇▇ ▇▇▇-▇▇▇ ▇▇▇▇▇▇ ▇▇▇▇▇▇.▇▇▇ huwa ▇▇▇▇▇▇▇ għal ilment ieħor li dwaru l-Arbitru qed joħroġ deċiżjoni parallela. F’▇▇▇ l-ilment ser jiġi għalhekk ittrattat biss l-allegat nuqqas fuq il-Bank hekk kif intqal ▇▇▇▇ fuq.
Seduti
Fl-ewwel seduta ▇▇ ▇▇▇▇▇ fit-3 ta’ Settembru 2024, l-Ilmentatur xehed u qal:33
‘Ngħid li għandi 41 sena, u ngħid ili li ftaħt il-kont mal-Bank of Valletta meta
▇▇▇▇▇ xi għoxrin sena. Ngħid li ftaħtu meta bdejt naħdem.
Ngħid li llum ix-xogħol tiegħi hu car instructor. Naħdem bħala self-employed. Ngħid li f’▇▇▇▇ l-għoxrin sena kont ▇▇▇▇ ▇▇▇ il-kont għat-tfaddil. Ngħid li
qabel ▇▇▇ l-inċident li wassal għall-ilment, qatt ma ▇▇▇▇▇ bżonn immur il-BOV.
Ngħid li qabel l-2022, qatt ma bagħtu għalija biex jagħmlu update tal-profile tiegħi.
Ngħid li jiena ▇▇▇▇▇ żewġ kontijiet. Għamilt wieħed għat-tfaddil u ieħor biex nużah.
Ngħid li jiena kont faddalt ▇▇▇▇▇ flus għax ▇▇▇▇▇ post mat-tfajla li kont magħha. L-ewwel kont ser nixtrih jien, imbagħad, ma qbilniex u xtratu hi u tatni s-▇▇▇▇▇ ▇▇’ €60,000 u poġġejthom il-bank. Ngħid li l-bank qatt ma staqsewni minn fejn ġew ▇▇▇▇ il-flus.
Ngħid li ltqajt ma’xi ħadd online u bdiet tkellimni u wara ċertu żmien bdiet tgħidli biex inkunu flimkien u biex nitla’ ħdejha. Imbagħad, bdiet tgħidli biex nitfa’ l-flus fil-crypto. ▇▇▇ ▇▇▇▇ qabel Ġunju li għadda, qisu meta għaddiet il- World Cup.
Bdejt nitfa’ l-flus mis-26 t’Ottubru 2022 ▇▇▇-15 ta’ Mejju 2023 f’pagamenti żgħar wara xulxin. Ngħid li jien kont nibgħathom ġo kont ▇▇ ▇▇▇▇ jgħajjat lili. Kont qed nibgħathom ġo Crypto.
Ngħid li ġiegħlitni niftaħ account ma’▇▇▇▇▇▇.▇▇▇ u bdiet turini ▇▇▇▇, ▇▇▇▇ x’għandi nagħmel. Ngħid li lil ▇▇▇▇▇▇.▇▇▇ tajthom ismi, kunjomi, n-numru tal-
33 P. 192 - 196
19
ID Card u x’nagħmel. Rigward għidtilhomx ▇▇▇▇ naqla’, huma jgħidulek ‘estimate’. Ngħid li qatt ma ppreżentajt dokumenti.
Ngħid li qabel l-2022, jien qatt ma ▇▇▇▇▇ crypto. Ngħid li qatt ma ▇▇▇▇▇ esperjenza
biex ninvesti fil-crypto.
Immur ▇▇▇▇ għall-BOV, ngħid li jien kont qed nagħmel ▇▇▇▇ il-pagamenti f’ammonti żgħar. L-akbar pagament li għamilt kien, bejn wieħed u ieħor,
€5,000. Ngħid li fil-perjodu minn Ottubru 2022 sa Mejju 2023, ▇▇▇▇ meta bgħatt il-flus, ilBOV qatt ma ċempluli. Kont nirċievi biss dawk il-messaġġi li qed jinġibdu l-flus. Nikkonferma li dawk il-flus kont bgħatthom jien imma kont mingħalija li qed nibgħathom ġol-kont tiegħi għax, ovvjament, kieku ma kontx nibgħathom.
Ngħid li qatt ma ffriżawli l-kont u qatt ma talbuni fejn qed nibgħat il-flus. Ngħid li meta kont nagħmel pagament, qatt ma bgħatt email li ridt nibgħat il- flus. Ngħid li qatt ma ▇▇▇▇ ▇▇▇▇ indħil. Meta kont nibgħat pagament, ma jidhirlix li kont nikteb għalfejn qed nibgħat il-flus. Ngħid li meta ▇▇▇▇ ▇▇▇▇ tas-SEPA, ▇▇▇▇ it-tnejn tal-€5,000, ▇▇▇▇ ▇▇▇▇ “on your own account”.
Meta ndunajt li din kienet scam, ippruvajt nieħu l-flus ▇▇▇▇. Hi bdiet tgħidli biex ninvesti u jien bdejt ninvesti qisni f’arbitraġġ u jekk, pereżempju, torbot il-flus għal ġimgħa - jekk int, għall-argument, irbatt €5,000 - wara ġimgħa tieħu l-
€5,000 ▇▇▇▇ plus €2,000 oħra. ▇▇▇ ▇▇▇▇ fuq Coin Base.
Ngħid li meta ndunajt li din kienet scam, jien ikkuntattjajt lil din il-mara u għidtilha li l-flus ma nistax inniżżilhom, imbagħad, huma bagħtuli messaġġ. ▇▇▇▇▇▇, “Ara, ▇▇▇▇▇▇ lil ▇▇▇▇.” Bagħtuli fuq Telegram u qaluli li biex ▇▇▇▇▇ ▇▇▇▇▇’ nieħu l-flus tiegħi, irrid inħallas €14,000 f’daqqa biex niftaħ il-kont għax kien qisu ffriżat. U jiena meta ▇▇▇▇ ▇▇ ridt inħallas aktar, għamilt one plus one, u ndunajt ▇▇ ▇▇▇▇ riedu jeħduli aktar flus.
Ngħid li wara rrikorrejt il-bank u ppruvajt inkellimhom biex nara x’inhu jiġri. Ngħid li mort għand il-Pulizija u għamilt rapport. Imbagħad, mort il-bank u wrejthom il-karti li għamilt ir-rapport mal-Pulizija u qaluli ▇▇ ▇▇ setgħux jgħinuni.
20
Ngħid li ▇▇▇▇ ▇▇▇ l-episodju ta’ Mejju 2023, wara ġimagħtejn li mort nitkellem magħhom u bdejt ngħidilhom x’ġara u x’kien il-każ, irċevejt li għandi mmur nagħmel update tal-account tiegħi, jiġifieri l-account ▇▇▇▇▇▇ ▇▇▇▇ għadu jidher li naħdem xi xogħol ta’ meta kont għadni teenager. Qatt ma kont naf ▇▇ ▇▇▇▇ suppost għandhom jagħmlu update. Jekk kellhom jagħmlu update, suppost li kellhom jgħiduli minn qabel.
Ngħid li tajthom l-informazzjoni rigward ix-xogħol li nagħmel, ▇▇▇▇ qed indaħħal u ▇▇▇▇ l-affarijiet kollha li għandhom x’jaqsmu mal-ħajja tiegħi.
Ngħid ▇▇ ▇▇ staqsewni xejn fuq it-tranżazzjonijiet li għamilt fil-passat ta’ meta daħħalt il-flus mas-separazzjoni tal-partner ▇▇ ▇▇▇▇▇; u lanqas ma staqsewni fuq it-tranżazzjonijiet tal-crypto. Qaluli li speċi ▇▇▇▇ ▇▇▇▇ ▇▇▇▇▇▇▇. Ngħid li kont mort il-BOV tar-Rabat ▇▇▇▇▇▇ ▇▇ l-kont tiegħi qiegħed magħhom, ir-Rabat.
Kontroeżami:
Qed jingħad li jiena semmejt xi terza persuna li għinitni jew ġiegħelitni
ninvesti.
Ngħid li hekk hu; probabbli kienet l-iscammer. Ngħid li kienet ikkuntattjatni hi.
Mistoqsi jekk il-BOV qattx kien involut f’xi komunikazzjoni bejnietna, ngħid li apparti li l-flus inġibdu mill-bank, ma kienx ▇▇▇▇ lok li jitkellem bejnietna l- bank.
Ngħid li le, ma kienx ▇▇▇▇ l-involviment tal-bank fil-komunikazzjoni. Ngħid li le, lill-bank ma tlabtux parir fuq l-investiment li kont ser nagħmel, però, nemmen li jekk ▇▇▇▇ ▇▇▇▇ affarijiet li ħerġin u ma jkunux normali bħalma kienu qabel, hija ▇▇▇▇ ▇▇ għandu jieħu ħsieb il-bank.
Ngħid li l-bank ma nfluwenzanix biex ninvesti, però, l-flus inġibdu mill-bank. Nikkonferma li jien iddeċidejt biex ninvesti u l-bank ma kienx involut.
Qed jingħad li jien semmejt diversi tranżazzjonijiet fl-ilment tiegħi u mistoqsi kif approvajt ▇▇▇▇ it-tranżazzjonijiet, ngħid li approvajthom minn fuq il-card bil-mobile; li tidħol fuq il-mobile u tgħidlu “OK”.
Mistoqsi kontx naf ▇▇▇ ▇▇ r-reċipjent ta’ ▇▇▇▇ il-pagamenti at that point in
time, ngħid li kieku kont naf li l-flus qed imorru x’imkien ieħor, din ovvjament
21
ma kinitx ser isseħħ. Jien mingħalija, kif suppost kien jidher, li l-flus qed imorru
ġol-bank tal-crypto tiegħi, jiġifieri, ġo account li suppost jgħajjat lili.
▇▇▇▇ ▇▇▇▇▇ moħħi mistrieħ ▇▇ ▇▇▇▇ qegħdin hemmhekk. U, fil-verità, ▇▇▇▇ kienu qed jidhru ▇▇ ▇▇▇▇ qegħdin ▇▇▇▇. Il-problema dik kienet. Jien ma kontx konxju tagħha din għax kieku ovvja ma kontx ser nagħmilha. Ngħid li mingħandi marru fil-kont li indikajt jiena, hekk suppost.
Qed jingħad li d-Demand Letter li annettejt mal-ilment tiegħi, jien insemmi kumpaniji u nagħmel diversi allegazzjonijiet u qed niġi mistoqsi għal liema kumpaniji qed nirreferi.
▇▇ ▇▇▇▇▇▇ ▇▇▇▇▇▇▇▇▇ jirrispondi għal din il-mistoqsija:
Ngħid li d-Demand Letter oriġinali ma kontx għamiltha jien. Kien qabbad xi firm minn barra li jagħmlu r-recovery tal-flus u, mbagħad, jien dħalt wara fl- istorja.
Ikompli jixhed l-ilmentatur:
Ngħid li jien ma stajt insib għajnuna minn imkien apparti l-Pulizija li għamilt irrapport, ▇▇▇▇, ▇▇▇-▇▇▇ ma wasalna mkien b’▇▇▇ ir-rapport. Imbagħad, kont qabbadt kumpanija minn barra jisimha Money Pay Back. ▇▇▇▇ kienu għinuni biex nagħmel dik l-ittra.
Mistoqsi għal min qed nirreferi meta nsemmi l-kumpaniji, ngħid li qed nirreferi għal min għamel il-frodi. Mistoqsi jekk ▇▇▇ qed nirreferi għall-BOV, ngħid li le, mhux qed nirreferi għall-BOV. Il-BOV qiegħda f’din il-kawża bħala vicarious liability. Fejn ▇▇▇▇ imsemmijin l-allegazzjonijiet kontra kumpaniji, ngħid ▇▇ ▇▇▇▇ mhumiex kontra l-BOV.
Qed jingħad ukoll li f’din l-istess ittra ktibt li t-tranżazzjonijiet li għamilt ▇▇▇▇▇ ▇▇▇▇▇ kif għidt ftit ilu, kienu “inexplicable” u “suspicious”.
Mistoqsi għalfejn qed ngħid li huma suspettużi meta għamilthom ▇▇▇▇ ▇▇▇▇▇ u marru fil-kont tiegħi stess, ngħid li kienu suspettużi għax ▇▇▇▇ ▇▇▇▇ ilni ▇▇▇▇ ▇▇▇▇ qatt ma ▇▇▇▇ ▇▇▇▇ bħalhom. Allura, immaġinajt li l-bank għandu jċempilli u jibgħat għalija u jgħidli li hawnhekk ▇▇▇▇ ▇▇▇▇▇▇ ċans li qed niġi iffrodat bħal meta, pereżempju, tirċievi messaġġ fejn qed jeħdulek xi flus jew
22
jinqatgħulek xi flus ta’ xi subscription u l-bank jibgħatlek “if you didn”t do it, call ...”, u jkollok innumru. ▇▇▇▇ ġieli ġrawli.
Jien immaġinajt li xi ħadd għandu jiġbidli l-attenzjoni biex jien ma nibqax għaddej bihom ▇▇▇▇ l-affarijiet għax jien ma kontx konxju. Però, bħalma qed ngħid, qatt ma ▇▇▇▇ ▇▇▇▇ transactions ▇▇ ▇▇▇▇ f’qasir żmien ▇▇▇▇ ili mal- BOV. Lanqas qatt u jekk tiċċekkja l-history ovvjament għandek tinduna.
Mistoqsi allura jekk il-bank bagħtlix SMSes għal ▇▇▇▇ it-tranżazzjonijiet, ngħid li xejn, xejn.
Mistoqsi qabel ma ddeċidejt li ninvesti fil-Crypto, kif għamilt biex naċċessa din il-kumpanija, ngħid, fil-verità, għamilt crypto għax ġejt imġiegħel għax jiena ma ▇▇▇▇▇ l-ebda ħsieb li nagħmilha din il-biċċa xogħol. Tant bdiet tgħidli - ma’min kont qed nitħaddet - biex ninvesti li għamiltha għax ġejt qisni mġiegħel. Fil-verità, jien ma kellix għalfejn nagħmilha.
Mistoqsi kif għamiltha, jekk għamiltx xi download ta’ xi app jew dħaltx f’xi website, ngħid li bdiet tgħidli hi, ▇▇▇▇, ▇▇▇▇. Qaltli “Issa mmexxik. Ibgħatli l- iscreenshots u ngħidlek pass b’pass xi trid tagħfas.”
▇▇▇▇ ▇▇▇▇ ma kontx naf x’irrid nagħmel, li din mexxietni pass b’pass ▇▇▇▇▇ ▇▇▇▇ bgħattilha l-iscreenshots fuq il-Messenger (annessi mal-ilment) u kont tajthom lill-Pulizija meta mort nagħmel ir-rapport biex jaraw kif ġara l-każ. U mexxietni minn ▇▇▇▇. Bdiet tgħidli pass b’pass xi rrid nagħfas u xi rrid nimla; u ngħid ▇▇ ▇▇▇▇ l-affarijiet ħadu ż-żmien mhux qed ngħid mill-▇▇▇ għall-▇▇▇▇▇.
Ngħid li għamilt account u tajthom id-dettalji: isem u kunjom, ID Card number, ritratt tal-ID Card minn quddiem u minn wara.
Mistoqsi qabel għamilt ▇▇▇, qrajtx it-termini u l-kundizzjonijiet tal-Crypto,
ngħid li probabbli li qrajthom imma tgħidlix eżatt.
Mistoqsi jekk il-BOV kienx imsemmi f’din is-sitwazzjoni kollha, ngħid ▇▇ ▇▇ nimmaġinax ▇▇ ▇▇▇▇ imsemmi, ma jidhirlix, però, jekk ▇▇▇▇ ▇▇▇▇ xi affarijiet li jitħaddu fuq ▇▇▇▇▇, ma nafx. Ngħid li jista’ jkun, però, mhux qed ngħid li l- BOV. Il-BOV huwa bank ta’ Malta, jiġifieri, jista’ ▇▇▇▇ ▇▇▇▇ xi mistoqsijiet dwar banek, però, mhux il-BOV.
23
Mistoqsi jekk kellix xi mkien li din l-app tal-Crypto hija xi servizz tal-BOV jew li hija relatata b’xi mod mal-BOV, ngħid ovvjament li le.
Mistoqsi inix familjari mat-termini u l-kundizzjonijiet tal-Internet Banking tal- BOV u tal-card li għamilt biex nagħmel it-tranżazzjonijiet, ngħid li familjari meta nużaha.
Mistoqsijiet mill-Arbitru lill-ilmentatur:
Nikkonferma li l-pagamenti kollha li jidhru fil-lista li rreferejna għaliha, li saru
fit-22 u t-23 dawk kollha saru fil-kont tiegħi ▇▇▇-▇▇▇▇▇▇.▇▇▇.
Nikkonferma li erbgħa minn dawk il-pagamenti saru permezz ta’ online transfer u l-oħrajn saru bil-card.’ 34
Waqt l-ewwel seduta, l-Arbitru talab u eventwalment rċieva mingħand il-BOV kopja tal pagamenti online (€5000 għal 4 darbiet)35 u kopja tal-istatement tal- kont bejn 2020 – 2022 ▇▇▇▇▇ ▇▇▇▇ l-pagamenti li kienu jsiru qabel ma nqala’ ▇▇▇ il- każ tal-pagamenti ilmentati.36
Fit-tieni seduta (▇▇ ▇▇▇▇▇ fid-29 ta’ Ottubru 2024) xehdet ir-rappreżentanta, ▇▇▇▇▇▇ ▇▇▇▇▇▇▇ tal-BOV, li kkonfermat li l-pagamenti kollha li saru bil-Visa card kienu awtorizzati mill-Ilmentatur skont it-’2 factor authentication’ permezz tas- sistema 3D secure. Hija xehdet, fosthom, li:
‘Ngħid li jiena responsabbli mir-Risk and Fraud Section tal-E-Banking tal-Bank of Valletta. Ili fil-Cards Section għal 28 sena u ili nokkupa ▇▇▇ ir-rwol għal 17- il sena. Jiena inkarigata mill-card payments u l-mistoqsijiet li jsiru lili jikkonċernaw il-card payments u mhux il-pagamenti li jkunu saru bil-Payment Orders.
Nikkonferma li ▇▇▇▇ ▇▇▇▇ l-ilment [tal-Ilmentatur] partikolarment it-
tranżazzjonijiet li seħħew bil-card.
Ngħid li t-tranżazzjonijiet saru kollha bit-3D Secure; ▇▇▇▇ ▇▇▇▇ l- authentication fihom, allura, jiġu kkunsidrati bħala low risk. Kienu wkoll over a span ta’ 6/7 months, jiġifieri dik ukoll ma tindikax li ▇▇▇▇ ▇▇▇▇ xi ▇▇▇▇
34 P. 192 - 196
35 P. 200 - 202
36 P. 203 - 236
24
suspettuża fihom. Plus li l-iscore ta’ ▇▇▇▇ it-transactions fuq is-sistema tagħna li naħdmu mas-sistema tal-VISA tal-monitoring jiġu skorjati “very low” minħabba l-authentication tat-3D Secure.
Ngħid li fil-każ tat-tranżazzjonijiet li jkollhom ▇▇▇ il-“low risk score”, l- ammonti u l-merchants ma jiġux monitored; biss il-bank jibgħat SMS biex jinnotifika lill-customer li saru dawk il-pagamenti. Again, minħabba li huma awtentikati bit-3D Secure.
Ngħid ▇▇ ▇▇▇▇ card transaction li ssir fejn card tagħna tintuża minn merchant li mhuwiex tagħna, dik tgħaddi mis-sistema tal-VISA. Is-sistema tal-VISA għandha wkoll din il-monitoring tool li kollox jgħaddi minn ġo fiha wkoll. ▇▇▇▇ tranżazzjoni tingħata risk score u ▇▇▇ ir-risk score jinħadem mis-sistema tal- VISA stess abbażi ▇▇▇▇ ▇▇▇▇ ▇▇▇▇ rapporti ta’ frodi fuq il-mechant innifsu, it-trend tal-countries, jiġifieri jinħadem awtomatikament mis-sistema.’ 37
Fil-kontroeżami qalet:
‘Mistoqsija x’tip ta’ due diligence sar fuq [l-Ilmentatur] qabel ma bdew jiġu affettwati ▇▇▇▇ il-card payments; xi due diligence kien sar fuq ▇▇▇ il-klijent meta kien applika għall-card, ngħid li mhux fil-kompitu tiegħi li nwieġeb għal din il-mistoqsija.
Mistoqsija qattx il-bank ▇▇▇▇▇▇ ▇▇▇▇-klijent biex jistaqsuh jekk kienx hu li qed jagħmel ▇▇▇▇ il-pagamenti, ngħid ▇▇ ▇▇ jidhirlix, però, jekk aħna bagħatna ħafna messaġġi u l-klijent ma rrapporta xejn, dawk ser jiġu treated as genuine. Jekk il-messaġġ jiġi delivered u xorta ma rrapportalna xejn, the client is happy for us. Hu għamel il-complaint fl-aħħar, meta nduna.
Aħna, min-naħa tagħna, ma nistgħux inċemplu lill-kllijent u ngħidulu, “Isma”, dak jista’ jkun suspicious”.
L-Arbitru jgħid li mhux il-bank ma jistax imma f’▇▇▇ il-każ ma sarx. Ngħid li min-naħa tagħna ma jsirx ▇▇▇.
L-Arbitru jistaqsi lix-xhud:
37 P. 237 - 238
25
Qed jingħad allura ġaladarba l-pagament ikun għadda bit-3D Secure, il-bank
joqgħod fuq is-sistema tal-VISA ▇▇ ▇▇ tagħtix xi alert ▇▇ ▇▇▇▇ xi ▇▇▇▇ ▇▇▇▇▇▇.
Ngħid li minħabba l-isteps li jgħaddu minnhom it-tranżazzjonijiet li jsiru bl- authentication tat-3D Secure.
L-Arbitru jgħid li wieħed jifhimha kieku kienet tranżazzjoni waħda imma ▇▇▇▇ każijiet fejn saru ammont kbir ta’ tranżazzjonijiet fi span ta’ xhur u kien jidher ċar li t-tranżazzjonijiet kienu qed isiru f’isem merchant li hu ▇▇▇▇▇▇.▇▇▇.
Joħroġ ċar mill-bank li ▇▇▇▇ ▇▇▇▇ trasferiment mill-kont tal-klijent ma’ ▇▇▇▇▇▇.▇▇▇ imma ▇▇▇▇▇▇.▇▇▇ kulħadd jaf min huma, li ▇▇▇▇ ▇▇▇▇ li jiddiljaw fil-cryptocurrencies.
Mistoqsija jekk allura tixgħelx xi ▇▇▇▇▇ ▇▇ tgħid ▇▇ ▇▇▇ il-klijent mhux tip ta’ klijent illi normalment jagħmel daqshekk trasferimenti fi cryptocurrencies u jekk il-bank joqgħodx fuq is-sistema ta’ x’jagħmel il-VISA, (eżempju, ▇▇▇▇ ▇▇▇▇▇ f’Malta li fejn jaraw tranżazzjoni mal-Binance, li m’hemmx affarijiet sbieħ fuqha, lanqas jagħmluha), ngħid li l-bank ma jillimitax lill-card holders fejn jużaw il-cards tagħhom.
Il-bank jagħtih is-servizz tal-card li jista’ jużaha fejn irid skont it-termini tal- card, jagħtih l-application biex bit-3D Secure it-tranżazzjonijiet ikunu jistgħu jgħaddu b’mod ▇▇▇▇▇ ▇▇-authentication tagħhom plus li jinnotifikah b’SMS alert għal ▇▇▇▇ online transaction li ssir. Aħna ngħidulu lill-klijent li jekk mhix tiegħu ikellimna.
L-Arbitru jirreferi għall-obbligi tal-monitoring systems ▇▇ ▇▇▇▇ fil-PSD 2.
Ngħid li aħna nagħmlu monitoring tat-transactions, però, jekk jiġu flagged bħala low risk, ▇▇▇▇ ikunu għaddew bl-authentication, bit-3D Secure fejn ▇▇▇▇ two steps biex jaċċessahom.
Ukoll, mhux ▇▇▇▇ tranżazzjoni li ssir għand ▇▇▇▇▇▇.▇▇▇ hija fraudulent jiġifieri l-bank ma jistax jgħid li għax ▇▇▇▇ ▇▇▇ it-tip ta’ tranżazzjoni hija frodi u ser iwaqqafha jew ser jinvestigaha.
L-Arbitru jgħid allura l-bank ma jarax it-transaction history tal-klijent għax ▇▇▇▇ tranżazzjoni tiġi cleared mill-VISA.
26
Ngħid, again, għax ▇▇▇▇ ▇▇▇▇ authentication repetutament, messaġġi repetutatment u ma rċevejniex rapporti mingħand il-klijent ▇▇ ▇▇▇▇ xi ▇▇▇▇ ▇▇▇▇▇▇.
L-Arbitru jisħaq ▇▇ ▇▇▇ l-ilment mhuwiex ibbażat fuq xi fraudster li daħallu fil- kont tiegħu jew li l-pagamenti li saru m’għamilhomx hu. L-ilment jidher li hu ibbażat fuq pretensjoni – tajba jew ħażina – tal-klijent illi ▇▇▇▇ ▇▇▇▇ pattern li l-bank – at some point in time – kważi kellu l-obbligu illi jiġbed l-attenzjoni għal dak ▇▇ ▇▇▇▇ qed jagħmel il-klijent. U d-difiża tal-bank hija li la l-pagamenti kienu a favur tiegħu ma’ ▇▇▇▇▇▇.▇▇▇, ma kienx ▇▇▇▇ terz involut għax kien qed jikkredita l-kont tiegħu innifsu.
Mistoqsi jekk isirx ▇▇▇ it-tip ta’ transaction monitoring fuq il-card payments,
ngħid li le, ma nidħlux f’daqshekk dettall fejn jidħlu trading jew investments.’38
Xehed ukoll ▇▇▇▇▇ ▇▇▇▇▇, xhud tal-BOV, li qal:
‘Ngħid li jiena wieħed mid-Deputy MLROs tal-Bank of Valletta. Ili nokkupa din il-kariga minn Jannar 2022, kif ukoll mill-bidu ta’ din is-sena, Head tal-AFC (Anti Financial Crime) Transaction Monitoring u Proactive Analysis.
Ngħid li jien familjari mal-ilment [tal-Ilmentatur] partikolarment it-
tranżazzjonijiet li qed jilmenta fuqhom.
Ngħid li f’▇▇▇▇ it-tip ta’ tranżazzjonijiet ▇▇▇▇ meta t-tranżazzjoni ser tiġi transacted out of the bank and into the bank minn ▇▇▇▇▇ u financial institutions oħra, it-transaction qabel tidħol jew titlaq mill-kont tagħna jew tidħol mill-kont tagħna tal-BOV, isir transaction monitoring at a pre- transaction level: jew qabel ma titlaq it-transaction mill-kont tagħna għal bank ieħor jew financial institution oħra jew inkella qabel tidħol minn financial institution oħra għal ġol-kont tal-klijenti tagħna, jiġifieri qabel tiġi credited jew debited.
F’▇▇▇ il-każ, l-erba’ transactions li saru bi 24/7 kienu debited mill-kont tal- klijent tagħna u ser imorru ġo kont tal-klijent tagħna wkoll imma ma’ institution oħra.
38 P. 238 – 239
27
F’▇▇▇ il-każ, tnejn minn ▇▇▇▇ it-transactions li telqu mill-bank tagħna marru l-OpenPayd Financial Services Malta Limited (li hija kumpanija rreġistrata ▇▇▇▇ Malta) u żewġ transactions oħra marru ġo financial institution ġewwa l-Lithuania, t-Transactive Systems UAB.
F’▇▇▇ il-każ, qabel ma telqet it-transaction, isir screening tal-payment details, tal-beneficiary, li f’▇▇▇ il-▇▇▇ ▇▇▇▇ il-klijent tagħna wkoll imma ma’ institution oħra; jsir screening ukoll għal liema pajjiż sejra dik it-transaction – f’▇▇▇ il-każ kienu Malta u l-Lithuania. U jsir ukoll check vis-à-vis l-pajjiż għat-threshhold jew ammont li jkun iffissat based on the Risk-Based Approach.
Jiġi screened ukoll, apparti l-bank details, il-bank fejn sejrin il-flus ukoll u f’▇▇▇ il-każ kienu l-OpenPayd Financial Services Malta Limited u t-Transactive Systems UAB.
Bażikament dak hu t-tip ta’ screening li jsir. ▇▇▇ l-iscreening isir through sistema – f’▇▇▇ il-każ, it-transactions għaddew through SEPA – u s-sistema li tintuża għas-SEPA payments għandha dawk li jissejħu Watchlists.
▇▇▇▇ il-Watchlists jagħtihomlna jew jiġu downloaded through a contract with reputable institutions li f’▇▇▇▇ il-Watchlists (li huma publicly available ukoll), f’ħafna minnhom ▇▇▇▇ ▇▇▇▇ entitajiet, ▇▇▇▇ ▇▇▇▇ naturali u ▇▇▇▇ ▇▇▇▇ legali mniżżlin ġo fihom, li jistgħu ikunu abbinati magħhom ċertu offenses ta’ financial crime jew, pereżempju, ▇▇▇▇ jew entitajiet marbutin ma’ ċerti reati. U, allura, f’▇▇▇ il-każ, il-beneficiary, li nzerta kien klijent tagħna wkoll, ġie screened vis-à-vis ▇▇▇▇ il-Watchlists ukoll. Ngħid li l-isem [l-Ilmentatur] ma nstab fl-ebda Watchlist u, ovvjament, il-pagament baqa’ għaddej.
Apparti minn hekk, jekk inħarsu lejn it-transaction activity tal-klijent, ▇▇▇▇ ammonti li jaqbżu dawk il-€5,000 per payment li marru minn ġo kont tiegħu mal-BOV għal ġo kont ieħor tiegħu mal-BOV wkoll. Imma biex tagħmel dawk it-tip ta’ transactions, l-istess proċedura tintuża biex tagħmel transfer mill- bank tagħna għal financial institution oħra.
Hemmhekk ukoll qed turi l-versatilità tal-klijent mas-sistema tat-24/7 tal- klijent mal-BOV.
28
L-Arbitru jixtieq jitlob kjarijfika. Jgħid li fl-ewwel seduta jidhirlu li ġie stabbilit, jekk fehem tajjeb, ▇▇ ▇▇▇▇ l-erba’ pagamenti ▇▇ ▇▇ sarux bil-card imma saru bl- online transfer, kienu kollha a favur ta’ ▇▇▇▇▇▇.▇▇▇.
[L-Ilmentatur] u ▇▇ ▇▇▇▇▇▇ ▇▇▇▇▇▇▇▇▇ jikkonfermaw li ▇▇▇ ▇▇ ▇▇▇▇▇▇▇.
L-Arbitru jgħid li talab kopja ta’ ▇▇▇▇ il-Payment Orders li l-bank bagħathomlu
flimkien mal-kont tal-klijent minn żmien qabel.
Issa, s-Sur ▇▇▇▇▇ qed jgħid ▇▇ ▇▇▇▇ ▇▇▇▇▇▇.▇▇▇ ma jidhru mkien imsemmija fihom, imma saru through a payment institution li hija OpenPayd jew xi ħadd ieħor illi ▇▇▇▇▇▇.▇▇▇ forsi kellha kont magħhom.
L-Arbitru jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li ▇▇▇▇▇▇.▇▇▇ ma jidhru bl-ebda mod f’▇▇▇▇ il-payment transactions bħala l-ultimate beneficiary fejn il-klijent kellu kont u jgħid li l-klijent m’għandux kont ma’ OpenPayd u lanqas mal-istituzzjoni ġewwa l-Lithuania.
L-Arbitru jgħid li fil-kopja tat-tranżazzjonijiet mhuwiex qed ▇▇▇▇ eżatt ▇▇▇ ▇▇ l- beneficiary.
▇▇▇▇▇ ▇▇▇▇▇ jwieġeb:
Il-Crypto jista’ jkollha accounts tagħha f’diversi financial institutions fejn jista’ jkollha accounts. Kif qed naraw f’▇▇▇ il-każ, probabilment għandha kontijiet ma’ financial institution ġewwa Malta li hija OpenPayd Financial Services Malta Limited u account ieħor mat-Transactive Systems UAB. Il-Wallet ikun f’isem il-klijent. F’▇▇▇ il-każ, huwa f’isem il-klijent tagħna, [l-Ilmentatur].
Biex inkompli nsaħħaħ dak li qed ngħid, il-klijent qalilna wkoll fil-complaint tiegħu li t-transactions li għadda kollha deheru ▇▇▇-▇▇▇▇▇▇.▇▇▇ Wallet tiegħu, jiġifieri dawk ikunu kontijiet ▇▇▇-▇▇▇▇▇▇.▇▇▇ f’diversi financial institutions. Ngħid li din hija xi ▇▇▇▇ normali li jagħmluha. L-Arbitru jgħid li, allura, għalkemm l-isem ta’ ▇▇▇▇▇▇.▇▇▇ ma jirriżulta mkien mid-dokumenti li bagħat il-bank, ▇▇▇▇▇▇.▇▇▇ hija l-holder ta’ dak l-IBAN number li hu kkwotat fil- Payment Order.
▇▇▇▇▇ ▇▇▇▇▇ jirrispondi:
29
Eżatt, għax kieku ma jidhrux ▇▇▇-▇▇▇▇▇▇.▇▇▇ Wallet tal-klijent li wkoll bagħtilna screenshot tiegħu fil-complaint tiegħu.
▇▇ ▇▇▇▇▇▇ ▇▇▇▇▇▇▇▇▇, għall-ilmentatur, jgħid ▇▇ ▇▇▇▇▇ qalu s-Sinjuri ▇▇▇▇▇▇
▇▇▇▇▇▇▇ u ▇▇▇▇▇ ▇▇▇▇▇ huwa kollu ▇▇▇▇▇ ▇ ▇▇▇▇ mhu qed jinnegah.
▇▇ ▇▇▇▇▇▇ ▇▇▇▇▇▇▇▇▇ jixtieq jistaqsi x’tip ta’ due diligence sar fuq ▇▇▇ il-klijent u meta sar l-aħħar.
▇▇▇▇▇ ▇▇▇▇▇ jirrispondi:
Ngħid li jsir id-due diligence perjodikament skont l-Implementing Procedures
li aħna nsegwu bħala financial institution u subject persons.
Kif nistgħu ngħidu, skont l-IPs għandek klijenti li jkunu rriskjati low, medium u high. Issa, skont ir-risk rating tal-klijent – li dak hu xi ▇▇▇▇ interna u sensittiva ▇▇ ▇▇ nkunx ▇▇▇▇▇’ ngħid hawnhekk ir-risk rating tal-klijent – isir perjodikament skont dak ir-risk rating id-due diligence tal-klijent.
Kif ukoll, is-sena l-oħra u ta’ qabel, il-bank kien għaddej minn proċess sħiħ fejn kienet qed issir dik li jgħidulha Remediation (li kienet ukoll public) fejn bażikament ▇▇▇▇ klijent tal-bank kien qed jiġi mitkellem mill-bank biex jiġi updated il-profile tiegħu – parti mir-Remediation u d-due diligence li jsir tal- klijenti.
Mistoqsi meta kien sar l-aħħar due diligence fuq il-klijent qabel ma saru t- tranżazzjonijiet f’Ottubru 2022 u x’għamilna wara li ▇▇▇▇ ▇▇▇ l-inċident, ngħid li din il-mistoqsija ma kontx ippreparat għaliha; għandna ma nafx ▇▇▇▇-il klijent u żgur li mhux ser ngħidlek meta kien, on the fly, l-aħħar due diligence; żgur ma nistax.
Ngħid li nkunu nistgħu niċċekkjaw min kienet il-branch li għamlitlu l-update tad-due diligence. Ngħid li l-klijent suppost jaf meta saret l-aħħar due diligence għax il-bank bilfors irid jikkuntattja lill-klijent għal ċertu documentation.
L-Arbitru jitlob lill-bank sabiex jibgħat id-dati preċiżi meta saret l-aħħar due
diligence [tal-Ilmentatur].
30
Mistoqsi x’jagħmel il-bank in ġenerali meta ▇▇▇▇ ▇▇▇▇ it-tip ta’ tranżazzjonijiet, jekk iħallihomx għaddejjin jew jekk iċempilx, ngħid li diġà tkellimt kif isir il-proċess: jekk ma kinux suspicious, m’għandhomx għalfejn jieqfu. God forbid li nistaqsu għal ▇▇▇▇ transaction li ssir ta’ €1,000, ta’ €2,000. Kieku nistaqsu għal ▇▇▇▇ transaction li ssir, kieku qed niksru l-Implementing Procedures ▇▇▇▇ ▇▇▇▇▇, li bilfors irridu nsegwuhom. Kieku r-Risk-Based Approach ma nkunux qed insegwuh ▇▇ ▇▇ nistgħux ma nsegwuhx.
L-Arbitru jistaqsi jekk il-monitoring system tal-bank meta ra ▇▇▇▇ it- tranżazzjonijiet kollha għaddejjin - li żgur ma kinux isiru qabel - at some point in time tixgħellux ▇▇▇▇▇ ▇▇ wieħed għandu jistaqsi xi ▇▇▇▇ ▇▇▇▇-klijent jekk jafx x’inhu jagħmel avolja l-flus sejrin f’kont tiegħu stess ▇▇▇▇▇▇ ▇▇ kulħadd jaf ▇▇▇▇▇▇.▇▇▇ x’jagħmel u li l-klijent hu retail investor.
Ngħid li jekk nieħdu dawk l-affarijiet kollha li semmejt bħala process, on a Risk Based Approach, anke tarahom in conglomerate, forsi għall-klijent 66K huma ħafna u jista’ jkun li għal klijenti normali (il-klijentela normali tal-bank) huwa ammont kbir. Imma trid ▇▇▇▇ l-perjodu u trid ▇▇▇▇ wkoll kif elevaw it- transactions li kienu għaddejjin.
Niftakru li t-transactions by card kienu €1,000 something, €1,000 something, jiġifieri kienu recurrent – ▇▇▇▇ ▇▇▇▇ recurrency. Ma ▇▇▇▇ ▇▇▇▇ xejn ▇▇ ▇▇▇▇▇ ma jiena nagħmel xejn filli, imbagħad, għaddejt €20,000 f’daqqa, pereżempju, lil ▇▇▇▇▇▇.▇▇▇.
Apparti minn hekk, is-sistemi tal-bank dejjem qed naraw kif intejbuhom. Ovvjament, biex ▇▇▇▇ ▇▇▇ l-effett fuq numru ta’ tranżazzjonijiet, is-sistema tkun trid titħaddem bil-Machine Learning u l-AI li l-bank ukoll qed jinvesti fiha.
Tgħidli bil-Machine Learning u l-AI ▇▇▇▇ it-transactions ser jieqfu? Skont il- profil tal-klijent. Jekk qed naraw €1,000, €1,00 – l-ammonti huma verament baxxi biex ngħidu li ▇▇▇▇ ▇▇▇▇ spike out of the blue lil ▇▇▇▇▇▇.▇▇▇.
Ma ninsewx ukoll ▇▇ ▇▇▇▇ il-Crypto platforms huma illiċenzjati, reputable; u mhux li t-transaction qed tintbagħat lil xi platform mhux daqshekk imsemmija. ▇▇▇▇▇▇.▇▇▇ hija lliċenzjata Malta wkoll u għandha l-liċenzja mill-MFSA.
31
All in all, kollox irid jittieħed into consideration.
Mistoqsi jekk jiena jew it-▇▇▇ ▇▇▇▇▇▇ qattx ċempilna [lill-Ilmentatur] fuq xi transaction, ngħid li t-▇▇▇ ▇▇▇▇▇▇ qatt ma jista’ jċempel lill-klijenti għax inkella niġu tipping off, jiġifieri nkunu qed niksru l-liġi ▇▇▇▇ ▇▇▇▇▇.
Qed jingħad li x-xhud ta’ qabli xehdet fuq card. Mistoqsi jekk fuq payment hemmx dipartiment ieħor, ngħid li l-monitoring system qiegħda taħt il-kappa tal-MLRO. Jekk teħel xi transaction jew set ta’ transactions u jkollna bżonn supporting documentation, ma nistgħux immorru għall-klijent aħna għax inkunu qed niksru l-liġi.’ 39
Analiżi u kunsiderazzjonijiet
▇▇▇ ▇▇▇▇ fost l-ewwel każi minn sensiela ta’ ilmenti li għandu quddiemu l- Arbitru magħmula minn ▇▇▇▇ ▇▇▇▇▇▇ rigward skemi ta’ pagamenti frawdolenti b’sistema magħrufa bħal ‘pig butchering’ li frodisti professjonali bi kreattività enormi qed iħaddmu biex jarrikkixxu ruħhom a skapitu ta’ konsumaturi.
Ma’ din id-deċiżjoni, l-Arbitru qed jippubblika Noti Tekniċi dwar x’inhu ‘pig butchering’ u jispjega x’inhuma meqjusa l-obbligi tal-▇▇▇▇▇ u istituzzjonijiet finanzjarji oħra liċenzjati biex jipproteġu lill-klijenti, speċjalment dawk vulnerabbli minn ▇▇▇ it-tip ta’ frodi. ▇▇▇ biex il-▇▇▇▇▇ u l-istituzzjonijiet finanzjarji liċenzjati jaderixxu mal-obbligi li għandhom u jifhmu l-konsegwenzi li jistgħu japplikaw jekk jonqsu milli jagħmlu ▇▇▇.
▇▇▇▇ in-Noti Tekniċi qed ukoll jiġu ppubblikati fuq il-website tal-OAFS għall- informazzjoni ġenerali, mhux biss tal-partijiet f’▇▇▇ l-ilment.
Il-mertu prinċipali ta’ ▇▇▇ l-ilment essenzjalment huwa jekk il-Bank mexiex skont l-obbigi li għandu rigward il-moniteraġġ tal-pagamenti li jsiru mill-klijenti tiegħu.
39 P. 240 - 244
32
Fin-Noti Tekniċi li l-Arbitru ħareġ qabel rigward pagamenti frawdolenti ġie ddikjarat kif ġej:40
‘PSP (Payment Seívice Píovideís) huma obbligati li jkollhom sistemi effettivi ta’ soíveljanza ta’ pagamenti biex jippíoteġu lill-PSU (Payment Seívice Useí) minn pagamenti fíadolenti. Ií-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/38D tas-27 ta’ Novembíu 2017 jistabbilixxi standaíds tekniċi íegolatoíji għall- atentikazzjoni qa ija tal-konsumatuí u standaíds miftuħin ta’ komunikazzjoni, u jissupplimenta d-Diíettiva (UE) 2015/23SS.
▇▇▇ ▇▇▇▇▇▇▇▇▇ fl-aítikolu 2(1) li:
“Il-foí⭲iīuíi īa’ scí"i½½i īa’ pagamenī għandu jkollhom fis-seħħ mekkaniżmi li ji½½o⭲iīoíjaw iī-īíanżazzjonijieī li jippeímeīīulhom jaqbdu īíanżazzjonijieī īal- paga½c⭲ī ½kux awīoíi½½aīi jcw fíodulc⭲īi ... Kaw⭲ il-mekkaniżmi għandhom i½u⭲u ½scjsa fuq l-analiżi īaī-īíanżazzjonijieī īal-paga½c⭲ī, filwaqī li jqisu elemenīi li huma īipiċi īal-uīc⭲ī īa’ scí"i½½i īa’ pagamenī fiċ-ċiíkusīanzi īa’ użu
⭲oí½ali īal-½ícdc⭲½jali pcíso⭲▇▇▇▇▇▇▇▇ ▇▇’ ▇▇▇▇▇▇▇.’
L-aítikolu 2(2) jippíovdi li s-seg enti fattuíi bbażati fuq íiskju għandhom jitqiesu
fil-mekkaniżmi li jissoívelja it-tíanżazzjonijiet:
1. ▇▇▇▇▇ ▇▇’ elementi tal-atentikazzjoni kompíomessi je misíuqa;
2. L-ammont ta’ ▇▇▇▇ tíanżazzjoni ta’ pagament;
3. Xenaíji tal-fíodi magħíufa fl-għoti ta’ seívizzi ta’ pagament;
4. ▇▇▇▇▇▇▇ ▇▇’ infezzjoni tal-mal eí fi k alunk e sessjoni tal-píoċeduía ta’
atentikazzjoni;
5. F’▇▇▇ ▇▇ l-appaíat je is-soft eí tal-aċċess jingħata mill-foínituí ta’ seívizzi ta’ pagament, log tal-użu tal-appaíat tal-aċċess je tas-soft eí mogħti lill- utent ta’ seívizzi ta’ pagament u l-użu anoímali tal-appaíat tal-aċċess je tas-soft eí.
Ġie ċċaíat li l-obbligazzjoni ta’ soíveljanza ta’ mekkaniżmi ta’ pagament m’għandux ikun “soíveljanza ta’ íiskju f’ħin íeali” u solitament isií “ aía” l- eżekuzzjoni tat-tíanżazzjoni ta’ pagament. Għadu ma ġiex definit ▇▇▇▇ aía, imma ovvjament għal k alunk e valuí íeali ta’ tali mekkaniżmi, d-diffeíenza bejn il-ħin íeali tal-pagament u dak tas-soíveljanza effettiva ma tíidx tkun isq.
40 In-Nota Teknika maħruġa f’Diċembru 2023 (Aġġornata Nov 2024) intitolata “Mudell għall-allokazzjoni ta’ responsabbiltà bejn Fornituri ta’ ▇▇▇▇▇▇▇▇ ▇▇’ Pagament (PSP) u Utenti tas-▇▇▇▇▇▇▇▇ ▇▇’ Pagament (PSU) f’każ ta’ scams ta’ pagamenti frawdolenti”.
33
€½ťaí ½i⭲⭲ ”e½½, l-aíťi½olu SD(2) ťal-NSK2 ja ťoíizza NSN li ji½blo½½a paga½e⭲ť:
“Jekk maqbul fil-½u⭲īíaīī qafas, il-foí⭲iīuí īa’ scí"i½½i īa’ paga½c⭲ī jisīa’ jiííiżeíva d-díiīī li ji½blo½½a l-użu īal-isīíu½c⭲ī īa’ pagamenī għal íaġunijieī oġġeīīivamenī ġusīifikabbli íelaīaīi mas-siguíī½ īal-isīíu½c⭲ī īa’ paga½c⭲ī, is- suspcīī īa’ użu mhux awīoíizzaī jew fíodulenīi īal-isīíu½c⭲ī īa’ paga½c⭲ī jcw, fil-każ īa’ sīíu½c⭲ī īa’ paga½c⭲ī b’li⭲ja īa’ ½ícdiīu, íis½ju si⭲ifi½aīīi"a½c⭲ī a½baí li l-pagaīuí jisīa’ ma jkunx kapaċi jissodisfa í-íesponsabbilīà īiegħu li jħallas.”
Huwa ċar ▇▇ ▇▇▇▇ huma obbligi serji fuq bank bħall-BOV biex jagħmel moniteraġġ sew tal-pagamenti li jkunu qed jagħmlu l-klijenti tiegħu u joqgħod attent għal ▇▇▇▇ xamma ▇▇▇▇▇ ▇▇ l-pagamenti, għalkemm ikunu qed jiġu awtorizzati mill-klijent, jista’ jkun fihom indizzji ta’ frodi fejn il-klijent jispiċċa vittma ta’ frodisti professjonali.
Huwa daqstant ieħor ċar li l-obbligi ta’ moniteraġġ imorru ferm aktar minn iċċekjar ta’ pagamenti individwali, iżda trid tingħata konsiderazzjoni ta’ sensiela ta’ pagamenti li jkunu qed isiru fi sfond ta’ xi tkun l-istorja normali tal-pagamenti li kienu jsiru mill-klijent konċernat.
Hekk, f’▇▇▇ il-każ, jirriżulta b’mod ċar li ċertu pagamenti li saru mill-Ilmentatur fil-perjodu bejn Ottubru 2022 u Mejju 2023 kienu għal kollox anomali minn kif kien jopera l-kont qabel, skont l-istatements ippreżentati li jmorru ▇▇▇▇ ▇▇▇-bidu tas-sena 2020.41
▇▇▇▇▇ is-snin 2020 u 2021, u sa ma bdew il-pagamenti ilmentati f’Ottubru 2022, il-pagamenti li kienu jsiru mill-kont konċernat kienu pagamenti żgħar anke jekk frekwenti. L-ogħla pagamenti kienu ta’ €1,000 (29.07.2020), €1,000 (15.10.2020), €2,000 (30.11.2020), €3,000 (05.10.2021) li kollha kienu
trasferimenti għal kont ieħor li l-Ilmentatur kellu mal-BOV stess jispiċċa b’ċifri …
59 u li, allura, ma kienu jimmarkaw ebda riskju ta’ frodi.
Mill-bqija, il-pagamenti l-oħra kienu ammonti żgħar, kollha taħt €500, il-bicca kbira jirrappreżentaw ġbid ta’ flus kontanti mill-ATM, xiri point of sale u automated transfers.
41 P. 203 - 236
34
Biex jasal għall-ġudizzju dwar l-anomalija tal-pagamenti ilmentati mal-istorja tal- kont tal-Ilmentatur, l-Arbitru wkoll qed jelenka f’Tabella B il-kriterji li jispirawh.
Tabella B
Kriterji kkunsidrati biex jiġi determinat jekk il-pagamenti in kwestjoni kinux anomali u ‘out-of-character’ fil-kuntest tal-profil tal-konsumatur u tranżazzjonijiet tipiċi tiegħu
Kriterju bażiku | Informazzjoni partikolari li toħroġ mill-każ | |
(a) Profil tal-konsumatur | L-ilmentatur kellu 39/40 sena meta seħħew il- pagamenti u huwa self-employed bħala car instructor. L-ilmentatur kien ilu għal snin twal (iżjed minn 15-il ▇▇▇▇ ▇▇ mill-2007) bħala klijent tal-bank.42 Kellu dħul dikjarat ta’ madwar €25,000.43 | |
(b) L-ammont u d-daqs tat- | L-ammonti kienu individwalment akbar minn | |
tranżazzjoni (hekk kif komparat | dawk li kienu jsiru iżda mhux b’mod sinjifikattiv. | |
mal-ammont medju ta’ tranżazzjoni u l-ammont totali tal-kont u/jew l-introjtu fix- xahar) | ▇▇▇▇ pagament maħruġ mill-Bank għal kriptoassi kien ivarja madwar 64% - 162% (tas-salarju ▇▇▇▇ ▇▇’ xahar ta’ €1,592 skont l-aħħar payslip ta’ Marzu 2019 ippreżentata).44 Il-pagamenti l- | |
oħra SEPA li saru ta’ €5,000 kienu 314% tas- | ||
salarju nett abbażi ta’ tali payslip. | ||
Sa l-aħħar ta’ Novembru 2022, it- | ||
tranżazzjonijiet fi kriptoassi (għall-ammont | ||
kumulattiv ta’ €19,525) diġà kienu jikkonsistu |
42 P.192 u 252
43 P.270 u 271
44 P. 274; Eż. €1,027 huwa 64% ta’ €1,592; €2,575 huwa 162% ta’ €1,592
35
għal iżjed minn 77% tas-salarju ▇▇▇▇▇ ▇▇’ ▇▇▇▇ indikat tal-ilmentatur.45 ▇▇ ▇▇▇▇ Diċembru 2022, ▇▇▇▇ il-pagamenti b’mod globali kien jlaħħqu għal €38,243, jiġifieri 150% tas-salarju ▇▇▇▇▇ ▇▇’ ▇▇▇▇ indikat tal- Ilmentatur. Sa l-aħħar ta’ Diċembru 2022, ▇▇▇▇ il- pagamenti b’mod globali kien jlaħħqu għal €45,780, jiġifieri kważi d-doppju (180%) tas- salarju ▇▇▇▇▇ ▇▇’ ▇▇▇▇ indikat tal-Ilmentatur. | ||
(c) Il-frekwenza, ħin u x-xejra ta’ tranżazzjonijiet simili jew l- istess; | Anomali mal-istorja tal-kont hekk kif diġà deskritt ftit qabel f’din it-Tabella. Għoxrin pagament għal kriptoassi fuq xahrejn, b’▇▇▇▇▇ ▇▇’ għaxra fix-xahar li saru f’Novembru u Diċembru 2022. ▇▇▇▇ il-pagamenti frekwenti ħafna minnhom kienu qegħdin isiru bi frekwenza ta’ bejn ġurnata jew tlett ijiem bejniethom. | |
(d) L-ammont kumulattiv li rriżulta minn tranżazzjonijiet simili jew l- istess (kif ikkomparat mal- ammont medju ta’ tranżazzjoni u l-ammont totali tal-kont; | Il-kumulu tal-pagamenti ▇▇▇▇ ▇▇▇▇ anamolu minn dawk li kienu jsiru qabel speċjalment fil- frekwenza u fil-kumulu tal-ammont fuq perjodu ta’ 7 xhur. Filwaqt li individwalment, il- pagamenti ma kinux għal ammonti li jeħtieġu xi awtorizzazzjoni speċjali minn qabel biex isiru, il- kumulu tagħhom ▇▇▇▇ ▇▇▇▇ suspettuż hekk kif anke indikat ▇▇▇▇ fuq. | |
(e) L-iskop tat-tranżazzjoni | L-iskop tal-pagamenti kien wieħed ċarissimu, biex isir investiment fi crypto-assets. ▇▇▇▇▇▇.▇▇▇ hija liċenzjata mill-MFSA bħal Virtual Asset Service Provider (VASP) u allura messu kien ċar għal BOV x’kien l-iskop tat- trasfermenti li kienu qed isiru. | |
(f) Ir-reċipjent tat-tranżazzjoni | ▇▇▇▇▇▇.▇▇▇ hija liċenzjata mil MFSA bħal Virtual Asset Service Provider (VASP) u allura messu |
45 Pagamenti għal kriptoassi minn 26.10.2022 sa 30.11.2022 kienu jlaħħqu €19,525 (jiġifieri 77% tas-salarju
€25,330 indikat fit-2019) – P. 270.
36
kien ċar għal BOV x’kien l-iskop tat-trasfermenti li kienu qed isiru. | ||
(g) Twissijiet pubbliċi relevanti u materjali fuq ir-reċipjent | Ir-reċipjent kien ▇▇▇▇▇▇.▇▇▇ ▇▇ ▇▇▇▇ qed jopera skont il-liċenzja li kellu bħala VASP. Iżda saru diversi twissijiet pubbliċi li investimenti fi crypto huma spekulattivi u fuq ir-riskju ta’ attivitajiet frawdolenti f’▇▇▇ is-settur.46 ▇▇▇ wieħed irid jarah ukoll fil-kuntest ta’ klijent retail bla esperjenza fis-settur. | |
(h) Inkonsistenzi oħra jew natura eċċezzjonali tat-tranżazzjoni jew serje ta’ tranżazzjonijiet hekk kif ikkomparat mal-operat preċedenti tal-kont | Kif diġà spjegat li l-kumulu, l-frekwenza u l-iskop tal-pagamenti ilmentati kienu għal kollox anomali ma kif kienu jopera l-kont tiegħu l- Ilmentatur qabel ma bdiet din l-esperjenza qarsa. |
Għalkemm il-kriterji msemmija ▇▇▇▇ fuq huma ndikati u ġew miġbura flimkien fin-Nota Teknika li l-Arbitru qiegħed joħroġ ma’ din id-deċiżjoni, ▇▇▇▇ il- kriterji m’humiex xi aspetti ġodda jew onerużi li bank jieħu jew kellu jieħu biex jaqdi b’mod adekwat l-obbligu tiegħu ta’ moniteraġġ tal-pagamenti tal- klijenti.
Ħafna minn ▇▇▇▇ il-kriterji l-bank diġà jkollu informazzjoni fuqhom fis-sistemi tiegħu u xi oħrajn jistghu jinġabru meta l-intervent ikun f’waqtu u neċessarju bħala parti mill-operat tal-bank fuq tali obbligazzjonijiet ta’ moniteraġġ.
Hija l-fehma tal-Arbitru ▇▇ ▇▇▇▇ il-pagamenti tal-Ilmentatur tant kienu anomali ▇▇ ▇▇▇▇ doveruż li l-Bank x’imkien ▇▇▇▇▇ it-tragitt ta’ ▇▇▇▇ il-pagamenti messu intervjena biex ikollu konverżazzjoni serja mal-Ilmentatur biex jifhem jekk setax ikun il-▇▇▇ ▇▇ l-Ilmentatur qed jiġi mmanipulat minn frodisti.
46 ▇▇▇▇▇://▇▇▇.▇▇▇▇.▇▇▇▇▇▇.▇▇/▇▇▇▇▇/▇▇▇▇▇▇▇/▇▇▇▇▇/▇▇▇▇▇▇▇/▇▇▇_▇▇▇▇_▇▇_▇▇▇▇▇_▇▇▇▇_▇▇▇▇▇▇▇_▇▇_▇▇▇▇▇▇- assets.pdf
▇▇▇▇▇://▇▇▇.▇▇▇▇▇.▇▇▇▇▇▇.▇▇/▇▇▇▇▇▇▇▇-▇▇▇▇▇▇▇/▇▇▇▇▇-▇▇▇▇▇▇▇▇▇/▇▇▇▇▇▇-▇▇▇▇▇▇-▇▇▇▇-▇▇▇▇▇▇-▇▇▇▇▇▇▇▇▇- about-risks_en
37
L-Arbitru jinnota d-difiża tal-Bank fejn il-Bank saħaq li għamel moniteraġġ fuq ▇▇▇▇ tranżazzjoni.47
Moniteraġġ tat-tranżazzjonijiet adegwat iżda ma jsirx fuq, u ma jieħux konjizzjoni ta’ tranżazzjoni waħda biss imma anke fosthom tal-operat in ġenerali tal-kont tal-klijent u s-serje tat-tranżazzjonijiet li jkunu qed isiru fuq l- istess kont.
F’▇▇▇ il-▇▇▇ ▇▇▇▇ ċarissimu, u l-Bank kien amplament konxju, li l-Ilmentatur kien qiegħed jagħmel ħafna pagamenti mill-kont tiegħu kollha għall-iskop u relatati ma’ kriptoassi – id-deskrizzjoni fuq l-istatement tal-Bank stess tal-pagamenti bil- VISA card huma fil-fatt deskritti bħala pagamenti ‘POS CRO-Internet’ jew ‘POS ▇▇▇▇▇▇.▇▇▇’ fejn jindikaw b’mod ċar l-intenzjoni li jkun ▇▇▇▇ tranżazzjonijiet fi kriptoassi.48
▇▇▇▇ it-tranżazzjonijiet (tletin kollha fejn il-maġġoranza tagħhom, għoxrin, saru fuq xahrejn biss) kienu qed isiru b’mod frekwenti, ħafna minnhom f’temp ta’ ftit ▇▇▇▇ ▇▇▇▇ hekk kif joħroġ minn Tabella ▇.
▇▇▇▇ ukoll ċar li, b’mod sistematiku, l-kont tal-Ilmentatur kien qiegħed jiġi mbattal b’diversi tranżazzjonijiet fi kriptoassi fejn għalkemm ▇▇▇▇ pagament individwali ma kienx daqshekk ▇▇▇▇▇ ▇▇▇▇▇ nnifsu u meta jittieħed waħdu, iżda b’mod kumullativ u kollettiv, kien wieħed sostanzjali sew ▇▇▇▇▇▇ ▇▇ ▇▇▇▇ jirrifletti jew jaqbeż sew is-salarju bażiku f’xahar tal-Ilmentatur.
F’ċertu ▇▇▇▇ ▇▇▇▇ il-pagamenti kollha relatati ma’ kriptoassi saħansitra qabżu t- total tas-salarju ▇▇▇▇▇ ▇▇’ ▇▇▇▇ ▇▇▇▇▇ tal-Ilmentatur, anke b’mod konsiderevoli.
Minkejja ▇▇▇, u minkejja li l-Bank jaf b’ċertu periklu b’mod partikolari ta’ scams relatati ma’ kriptoassi, l-Bank ma intervjeniex u ▇▇▇▇▇ fuq l-iskuża li l-pagamenti kienu magħmula mill-Ilmentatur innifsu u sejrin għal għand entità oħra liċenzjata fuq kriptoassi. ▇▇▇ iżda ma jeżonerax l-obbligu li l-Bank kellu biex jintervjeni f’waqtu meta ▇▇▇▇ ▇▇▇▇ ▇▇▇▇ ir-red flags u indikazzjonijiet kollha ta’ possibilità ta’ frodi minħabba l-mod ta’ kif il-kont kien qiegħed jiġi operat.
47 Eż. Para. 26 tar-risposta tal-Bank, P. 153
48 P. 230 - 236
38
Iżjed u iżjed, meta l-Bank suppost jaf li għalkemm il-pagamenti kienu inizjalment qed isiru lejn Fornitur liċenzjat fuq kriptoassi, ▇▇▇▇ it-tip ta’ Fornituri f’dak iż- żmien ma kellhomx salvagwardji u obbligazzjonijiet fuq moniteraġġ tal- pagamenti hekk kif huma applikabbli fuq il-▇▇▇▇▇ u istituzzjonijiet finanzjarji oħra suġġetti għal PSD2.
Għalhekk, wieħed raġonevolment ma jistax jaqbel mas-sottomissjoni tal-Bank li ‘There were no “unusual or suspicious activity”, “obvious dangers” or “out of pattern transactions” as alleged ...’.49
Għar-raġunijiet spjegati, l-Arbitru jqis li l-pagamenti ilmentati kienu anomali meta mqabbel mal-istorja tal-kontijiet, u ▇▇ ▇▇▇▇ doveruż li l-Bank x’imkien ▇▇▇▇▇ it-tragitt ta’ ▇▇▇▇ il-pagamenti messu intervjena biex ikollu konverżazzjoni serja mal-Ilmentatur biex jifhem jekk setax ikun il-▇▇▇ ▇▇ l-Ilmentatur qed jiġi mmanipulat minn frodisti.
Il-Bank għandu, jew suppost li għandu, esperjenza ta’ x’inhu qed jiġri madwarna fejn frodisti professjonali u dejjem ▇▇▇▇▇ ▇▇▇▇▇▇▇▇▇, qed iħallu warajhom sensiela ta’ vittmi ta’ konsumaturi fraġli li jiġu mmanipulati b’wegħdiet foloz ta’ qligħ faċli u ta’ malajr.
F’liema punt il-Bank kien doveruż li jkollu suspetti biżżejjed biex jiftaħ diskussjoni mal-Ilmentatur dwar il-possibilità ta’ frodi huwa argument suġġettiv.
L-Arbitru jħoss li jkun ▇▇▇▇ ▇▇ jikkonkludi ▇▇ ▇▇▇ il-punt messu ntlaħaq tal-inqas f’xi punt f’Diċembru 2022 meta kienu diġà saru ▇▇▇▇ il-pagamenti:
Tabella C
DATA | VISA CARD EURO | SEPA OnLine EURO |
26.10. 2022 | 1070.38 | |
08.11.2022 | 1063.11 | |
15.11.2022 | 1029.82 | |
16.11.2022 | 1023.89 |
49 P. 153
39
19.11.2022 | 1028.86 | |
19.11.2022 | 1027.91 | |
21.11.2022 | 1123.89 | |
22.11.2022 | 2044.39 | |
24.11.2022 | 2558.30 | |
29.11.2022 | 5,000 | |
30.11.2022 | 2554.76 | |
02.12.2022 | 1027.53 | |
05.12.2022 | 2575.34 | |
05.12.2022 | 2557.12 | |
07.12.2022 | 5,000 | |
09.12.2022 | 2509.96 | |
12.12.2022 | 2539.48 | |
15.12.2022 | 2508.36 | |
17.12.2022 | 2508.36 | |
TOTAL | €30,751.46 | €10,000.00 |
Kienu diġà saru 19-il pagament li minnhom 17 saru bil-card u 2 permezz ta’ trasferiment SEPA online għall-valur ta’ ’l fuq minn €40,000. Minn ▇▇▇▇, 11-il pagament kienu għal ammont ta’ aktar minn elfejn ewro li bħalhom qatt ma kien għamel l-Ilmentatur, u saru f’perjodu qasir ta’ madwar xahar u nofs bejn is-26 t’Ottubru 2022 u s-17 ta’ Diċembru 2022.
Il-pagamenti li saru bil-VISA Card kienu kollha b’mod ċar qed jiġu trasferiti lil ▇▇▇▇▇▇.▇▇▇ li l-Bank bla dubju jaf li huma Virtual Asset Services Provider (VASP) u li huma wkoll liċenzjati f’Malta għal ċertu tip ta’ tranżazzjonijiet.
Il-pagamenti li kienu saru SEPA online ma kinux juru li kienu sejrin għand ▇▇▇▇▇▇.▇▇▇ iżda, f’▇▇▇ il-każ, ukoll kien ċar li l-klijent qatt ma kien għamel pagament ta’ ▇▇▇ it-tip u lanqas għal dawk it-tip ta’ benefiċjarji (li kienu
40
istituzzjonijiet finanzjarji oħra) hekk kif indikat fis-seduta tad-29 t’Ottubru 2024.50
Għal ▇▇▇ il-▇▇▇▇, l-Arbitru qed jeżenta lill-BOV minn ▇▇▇▇ ħtija dwar ▇▇▇▇ l- ewwel pagamenti li laħqu saru sa l-ewwel pagament tas-17 ta’ Diċembru 2022.
Iżda, minn ▇▇▇▇ ’il quddiem, ▇▇▇▇ argument sod li l-Bank naqas minn dmirijietu taħt l-obbligi ta’ moniteraġġ ta’ pagamenti skont il-PSD 2 u, għalhekk, irid jerfa’ t-telf li l-Ilmentatur ▇▇▇▇▇▇ dwar il-pagamenti l-oħra mit-tieni pagament tas-17 ta’ Diċembru 2022 ’il quddiem, jiġifieri:
Tabella D
DATA | VISA CARD EURO | SEPA OnLine EURO |
17.12.2022 | 2526.52 | |
19.12.2022 | 2501.85 | |
02.02.2023 | 5000.00 | |
08.02.2023 | 5,000.00 | |
19.04.2023 | 96.91 | |
29.04.2023 | 2033.99 | |
02.05.2023 | 25.66 | |
02.05.2023 | 288.61 | |
05.05.2023 | 2166.67 | |
09.05.2023 | 2283.47 | |
15.05.2023 | 2772.14 | |
TOTAL | €14,695.82 | €10,000 |
41
50 P. 240
Id-difiza tal-Bank ▇▇ ▇▇ għandux iġorr ▇▇▇ it-tort hija bbażata fuq l-argument li ġaladarba l-pagamenti kienu favur tal-Ilmentatur stess fil-kont li kellu ma’ ▇▇▇▇▇▇.▇▇▇, u li allura ma kienx ▇▇▇▇ pagamenti lil ▇▇▇▇▇, il-Bank ma kellux obbligu joqgħod jistaqsi lill-Ilmentatur x’inhu jagħmel bi flusu.
Din id-difiża tasal sa ċertu punt iżda, mbagħad, tisfaxxa. U ▇▇▇ il-punt l-Arbitru jikkonsidra ▇▇ ▇▇▇▇ intlahaq sas-17 ta’ Diċembru 2022. Il-Bank kien jaf li l- Ilmentatur ma kienx klijent professjonali li normalment jinvesti (jew jispekola) fi kriptoassi, u kien jaf fejn kienu sejrin il-flus għax kien jaf x’inhi l-funzjoni ta’ ▇▇▇▇▇▇.▇▇▇.
Kellu joħroġ mill-profil tal-Ilmentatur il-limitazzjonijiet tiegħu u nuqqas ta’ esperjenza f’▇▇▇ is-settur u ▇▇ ▇▇▇ qatt ma għamel ▇▇▇ it-tip ta’ tranżazzjonijiet. U, allura, wara dawk il-pagamenti materjali għall-Ilmentatur li baqgħu għaddejjin b’mod regolari u sistematiku f’Diċembru 2022, huwa meqjus li l-Bank ma kellux ħajt ta’ ▇▇▇▇ meta injora l-fatt li l-Ilmentatur kien qed jagħmel pagamenti ▇▇ ▇▇ kinux skont il-profil ta’ klijent retail.
L-argument l-ieħor, li jista’ jtaffi l-ħtija tal-BOV, huwa li l-klijent ▇▇▇▇ ▇▇▇▇ dominat mill-frodist, u tant ▇▇▇▇ ▇▇▇▇ intimità verbali tat-tip li tintuza f’romance scams, ▇▇ ▇▇▇▇ kieku l-Bank ▇▇▇▇▇ ▇▇▇▇-klijent ▇▇ ▇▇▇▇ qed ▇▇▇▇ riskju ta’ frodi fil-pagamenti ▇▇ ▇▇▇▇ qed jagħmel, ▇▇▇ xorta ▇▇▇▇ jibqa’ għaddej bihom. Il-fatt li l-Ilmentatur dam tliet xhur u nofs mill-aħħar pagament milli jirrapporta u, fil-frattemp, anke mar il-Canada biex jiltaqa’ mal-frodist mara (jew il-persuna) li kienet qed timmanipulah, isostni d-difiża tal-Bank f’▇▇▇ is-sens.
L-Arbitru jifhem ▇▇▇ l-argument u, għalhekk, iħoss li l-Ilmentatur għandu jġorr it-telf ▇▇▇▇▇ ▇▇▇-pagamenti li saru qabel sa dak il-punt imsemmi f’Diċembru 2022.
Iżda, wara din id-data, speċjalment meta mar biex jagħmel it-tieni pagament simili fis-17 ta’ Diċembru 2022, ▇▇▇▇ messu skatta l-obbligu li l-Bank qabel jgħaddi ▇▇▇▇ il-pagamenti, jiftaħ konverżazzjoni sewwa mal-klijent biex ▇▇▇▇ jekk kienx ▇▇▇ ▇▇ jqajjem suspett ta’ manipulazzjoni tal-klijent mill-frodist.
42
Osservazzjonijiet finali
Filwaqt li la hu pretiz u lanqas għandu jkun li bank jintervjeni f’▇▇▇▇ pagament, wieħed iżda ma jistax ma jqisx ▇▇ ▇▇▇▇ ċertu ċirkostanzi raġonevoli u ġustifikabbli fejn il-bank għandu l-obbligu u d-dmir li jintervjeni f’waqtu. B’mod partikolari ▇▇▇ ▇▇▇▇ fil-każ, pereżempju, meta ▇▇▇▇ xi pagament materjali jew sekwenza ta’ pagamenti li huwa jew huma anomalu/i.
F’▇▇▇ il-każ in kwestjoni, ▇▇▇▇▇ ▇▇ ▇▇▇▇ ▇▇▇▇ ċertu nuqqasijiet min-naħa tal-Bank hekk kif ampjament spjegat ▇▇▇▇ fuq.
B’mistoqsjijiet bażiċi u ġenerali li r-rappreżentanti tal-Bank setgħu faċilment jagħmlu, kellu mill-ewwel u faċilment joħroġ ▇▇ ▇▇▇▇ it-tranżazzjonijiet kollha materjali li l-Ilmentatur kien qiegħed jagħmel fi kriptoassi kienu f’ċirkostanzi pjuttost suspettużi. Il-Bank kellu jeskala u jżid l-istħarriġ tiegħu biex jifhem kif klijent retail kien qed jagħmel tant investimenti regolari fi crypto.
Filwaqt li l-Bank raġonevolment la ma kienx mistenni li jagħmel due diligence fuq l-integrità tal-partijiet li l-Ilmentatur kien qiegħed jiddilja magħhom u wisq anqas li jagħti parir lill-Ilmentatur dwar investimenti, huwa meqjus iżda li skont l-obbligi tal-moniteraġġ tal-pagamenti, l-Bank kellu jintervjeni fejn, fosthom, seta’:
i. jistaqsi lill-Ilmentatur in-natura tal-pagamenti u lil min effetivament ▇▇▇▇ kienu ser isiru;
ii. jistaqsi ċertu mistoqsijiet bażiċi u sempliċi u jiġbed l-attenzjoni tal- Ilmentatur għal ċertu aspetti u ‘red flags’ li kienu joħorġu. Ċertu mistoqsijiet li setgħu saru jew aspetti li setgħu jitqajmu mal-Ilmentatur huma, pereżempju:
- kif sar jaf b’din it-trader;
- jekk qattx iltaqa’ mat-trader personalment;
- jekk iċċekkjax u vverifikax mar-regolatur tas-servizzi finanzjarji li t-
trader hija verament liċenzjata biex tipprovdi s-servizz offrut;
- jekk qattx għamel ▇▇▇▇ it-tip ta’ tranżazzjonijiet qabel.
43
▇▇▇▇ l-aspetti kienu jkomplu jżidu r-red flags u jsostnu l-probabbilità ta’
scam, fejn il-Bank allura kellu jiġbed l-attenzjoni tal-konsumatur:
- ▇▇ ▇▇▇▇ diversi skemi frawdolenti sofistikati li jinvolvu t-tip ta’ tranżazzjonijiet ▇▇ ▇▇▇▇ qed/ser jagħmel u l-importanza li joqgħod attent u jivverivika sew l-affarijiet biex ma jingidimx;
- jinkuraġġih biex ikun kawt u jitkellem ma’ xi ħadd professjonali u licenzjat lokali li jkun jista’ jiggwidah minħabba ċertu red flags li ħarġu rigward it-tranżazzjonijiet li għamel u xtaq ikompli jagħmel u ċ- ċirkostanzi partikolari tagħhom.
L-Arbitru, finalment, jixtieq josserva li l-Artikolu 19(3) tal-Att rigward il- funzjonijiet u s-setgħat tal-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji, jipprovdi ▇▇▇ ▇▇ ġej:
‘(3) Fil-qadi tal-funzjonijiet tiegħu taħt is-subartikolu (1), l-Arbitru għandu:
…
(ċ) jikkunsidra u jieħu kont, b’dak il-mod u sakemm huwa jidhirlu xieraq, ta’ liġijiet applikabbli u rilevanti, regoli u regolamenti, b’mod partikolari dawk li jirregolaw l-imġiba ta’ fornitur ta’ servizz, inkluż linji gwida maħruġa mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u tal- Unjoni Ewropea, il-prassi segwita f’oqsma finanzjarji u l-aspettattivi raġonevoli u leġittimi tal-konsumaturi u ▇▇▇ b’referenza għaż-żmien meta jkun allegat li jkunu seħħew il-fatti li jkunu taw lok għall-ilment;
…’.
L-Arbitru diġà ttratta ▇▇▇▇ fuq il-qasam regolatorju u ser jgħaddi wkoll biex
jagħmel ċertu osservazzjonijiet oħra.
Min-naħa ta’ prassi segwita f’oqsma finanzjarji, l-Arbitru josserva li l-kunċett u l- aspettattiva li bank jeżerċita ċertu kawtela u jintervjeni b’mod adegwat fi tranżazzjonijiet anomali u li huma ‘out-of-character’, m’huwiex xi kunċett ġdid.
Għalkemm il-prassi mhux neċessarjament hija l-istess f’▇▇▇▇ ġurisdizzjoni, l- Arbitru jqis ▇▇ ▇▇ jistax jiġi njorat prassi ta’ ▇▇▇▇▇, pereżempju, f’ġurisdizzjonijiet reputabbli fis-settur finanzjarju bħal dak tar-▇▇▇▇▇ Unit, li jpoġġu l-protezzjoni tal-interess tal-konsumatur ’il quddiem.
44
▇▇▇▇, pereżempju, numru sew ta’ deċiżjonijiet mill-Financial Ombudsman Ingliż (FSO) li jmorru ▇▇▇▇ fuq ▇▇▇ l-aspett sa mis-sena 2022.51 Tema komuni li toħroġ minn ▇▇▇▇ id-deċiżjonijiet, fil-fatt, hija li:
‘There are circumstances in which a bank should make additional checks before processing a payment, or in some cases, decline to make a payment altogether, to help protect its customers from the possibility of financial harm’.
F’▇▇▇▇ ▇▇’ frodi minn scams dwar pagamenti, l-FSO ġeneralment jipproteġi lill- konsumatur meta xi istituzzjoni finanzjarja fir-▇▇▇▇▇ Unit tħalli li jsiru pagamenti minn investituri bla esperjenza lejn xi crypto exchange jew pjattaformi fuq kriptoassi. Hekk, pereżempju, qalu:
‘We thought the spending on ▇▇▇▇▇’▇ account was very unusual for her and – after the first few payments – the pattern of transfers from her account should have caused the bank some concern meaning that it ought to have intervened. We thought that if the bank had asked ▇▇▇▇▇ about the transactions she would have told it what she was doing. Even though the payments went to a crypto account in her own name, we felt that the bank was sufficiently aware of the common features of this kind of scam and should have warned about the risk of being scammed and the need for her to make further enquires at this point.
As ▇▇▇▇▇’▇ circumstances had many of the hallmarks of a cryptocurrency scam and taking into account what we learnt about ▇▇▇▇▇ through the course of the complaint, we thought a conversation would have made a difference and would, more likely than not, have prevented further loss.
In deciding fair compensation, we also considered if would be fair for ▇▇▇▇▇ to bear any additional responsibility for what happened. However, as we thought the trading platform and correspondence with the fraudsters was very convincing, we decided against that on the facts of this case. So we asked the bank to refund all the transactions which took place after the point we thought it should have intervened.’ 52
51 Każijiet “DRN-3563742”, “DRN-3670635” u “DRN-4549050” deċiżi mill-Financial Ombudsman Ingliż fis-sena 2022, 2023 u 2024 rispettivament -
▇▇▇▇▇://▇▇▇.▇▇▇▇▇▇▇▇▇-▇▇▇▇▇▇▇▇▇.▇▇▇.▇▇/▇▇▇▇▇▇▇▇/▇▇▇-▇▇▇▇▇▇▇.▇▇▇ ▇▇▇▇▇://▇▇▇.▇▇▇▇▇▇▇▇▇-▇▇▇▇▇▇▇▇▇.▇▇▇.▇▇/▇▇▇▇▇▇▇▇/▇▇▇-▇▇▇▇▇▇▇.▇▇▇ ▇▇▇▇▇://▇▇▇.▇▇▇▇▇▇▇▇▇-▇▇▇▇▇▇▇▇▇.▇▇▇.▇▇/▇▇▇▇▇▇▇▇/▇▇▇-▇▇▇▇▇▇▇.▇▇▇
52▇▇▇▇▇://▇▇▇.▇▇▇▇▇▇▇▇▇-▇▇▇▇▇▇▇▇▇.▇▇▇.▇▇/▇▇▇▇▇▇▇▇▇-▇▇▇▇-▇▇▇▇▇▇▇/▇▇▇▇-▇▇▇▇▇▇▇/▇▇▇▇▇▇▇▇-
contacts-us-complain-cryptocurrency-investment-scam
45
L-Arbitru jagħraf ukoll l-aspettattivi raġonevoli u legittimi tal-konsumatur hekk kif hu anke mitlub mil-liġi. L-Ilmentatur stenna li l-Bank tiegħu kellu jieħu miżuri biżżejjed biex jipproteġih bħala konsumatur mit-tranżazzjonijiet frawdolenti.
L-Arbitru, fid-deċiżjoni tiegħu, mhux ser jieħu konsiderazzjoni tal-argument li l- BOV ma kellux profil aġġornat dwar il-klijent waqt li kienu qed isiru l-pagamenti ilmentati.
L-aħħar aġġornament tal-profil (‘due diligence’) tal-Ilmentatur qabel ġara l-każ ilmentat kien f’April 2019, li ▇▇▇▇ ▇▇▇▇▇ konjizzjoni tad-dħul dikjarat għat-taxxa fl- 2018, u fejn l-Ilmentatur iddikjara li dħul fil-kont konċernat kien ser ikun anqas minn €12,000 u dħul dikjarat għat-taxxa ta’ madwar €25,000.53
Hu sew magħruf li l-BOV diġà weħel penali amministrattivi sostanzjali mill-FIAU għal ▇▇▇ in-nuqqas.54 Il-BOV ma għamel l-ebda difiza li l-Ilmentatur kien xi investitur b’esperjenza li timmitiga r-responsabbilità tal-Bank.
Deċiżjoni
Għar-raġunijiet spjegati ▇▇▇▇ fuq, l-Arbitru qed isib li l-BOV naqas mill-obbligu
tiegħu dwar moniteraġġ ta’ pagamenti li saru mill-Ilmentatur.
Kieku għamel konverżazzjoni kif kien xieraq mal-Ilmentatur f’xi waqt f’Diċembru 2022, kien jispjegalu li l-pagamenti li għamel u li ried ikompli jagħmel kellhom impronta ta’ frodi u kien jista’ jiddiswadih milli jagħmel aktar pagamenti.
Min-naħa l-oħra, l-Ilmentatur kellu r-responsabbiltà tiegħu ukoll, u mhuwiex konklussiv li kieku l-BOV fetaħ konverżazzjoni miegħu dwar x’▇▇▇▇ ▇▇▇▇ wara l- pagamenti xejn tipiċi li beda jagħmel, kien ser jibdel fehemtu.
Għalhekk, l-Arbitru qed jordna lill-BOV jirrifondi parti mit-telf ▇▇ ▇▇▇▇▇▇ l- Ilmentatur minħabba nuqqas serju fis-sistema ta’ moniteraġġ ta’ pagamenti min-naħa tal-Bank, u jħallas lill-Ilmentatur dawk il-pagamenti li saru wara l- ewwel pagament tas-17 ta’ Diċembru 2022 (skont Tabella D), jiġifieri €24,695.82 (erba’ u għoxrin elf, ▇▇▇▇ ▇▇▇▇ u ħamsa u disgħin ewro punt 82) u ▇▇▇ skont Artikolu 26(3)(c)(iv) ta’ KAP 555.
53 p. 267 – 274 (Dok. K)
54 ▇▇▇▇▇://▇▇▇▇▇▇▇▇▇.▇▇▇/▇▇▇/▇▇▇▇▇▇▇/▇▇▇▇/▇▇/▇▇▇▇▇▇▇▇▇▇▇-▇▇▇▇▇▇-▇▇▇▇▇▇▇▇.▇▇▇
46
Bl-imgħax ta 3.15%55 minn ħamest ijiem wara d-data ta’ din id-deċiżjoni sad-data tal-pagament effettiv.
▇▇▇▇▇▇ ▇▇ ▇▇▇▇ naħa kellha parti mit-tort għat-telf imġarrab, ▇▇▇▇ parti ġġorr l- ispejjeż tagħha.
L-Arbitru jordna wkoll lill-BOV biex jifhem sew il-konklużjoni tan-Noti Tekniċi annessi u ▇▇▇▇ ▇▇ ▇▇▇▇ l-investiment meħtieġ fis-sistemi u fit-taħriġ biex isaħħaħ il-moniteraġġ ta’ pagamenti u jissalvagwardja l-interessi tal-klijenti konsumaturi mill-kaċċa spjetata u krudili għal vittmi fraġli minn frodisti dejjem aktar professjonali u kreattivi.
▇▇▇▇▇▇ ▇▇▇▇▇▇
Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji
Nota ta’ Informazzjoni relatata mad-Deċiżjoni tal-Arbitru
▇▇▇▇▇ ▇▇’ ▇▇▇▇▇▇
Id-Deċiżjoni tal-Arbitru legalment torbot lill-partijiet, salv id-▇▇▇▇▇ ▇▇’ ▇▇▇▇▇▇ regolat bl-artikolu 27 tal-Att dwar l-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji (Kap. 555) (‘l-Att’), magħmul quddiem il-Qorti tal-▇▇▇▇▇▇ (Kompetenza Inferjuri) fi żmien għoxrin (20) ġurnata mid-data tan-notifika tad-Deċiżjoni jew, fil-▇▇▇ ▇▇ ssir talba għal kjarifika jew korrezzjoni tad-Deċiżjoni skont l-artikolu 26(4) tal-Att, mid- data tan-notifika ta’ dik l-interpretazzjoni jew il-kjarifika jew il-korrezzjoni hekk kif provdut taħt l-artikolu 27(3) tal-Att.
▇▇▇▇ ▇▇▇▇▇ għal kjarifika tal-kumpens jew talba għall-korrezzjoni ta’ xi żbalji fil- komputazzjoni jew klerikali jew żbalji tipografiċi jew żbalji simili mitluba skont l- artikolu 26(4) tal-Att, għandhom isiru lill-Arbitru, b’notifika lill-parti l-oħra, fi żmien ħmistax (15)-il ġurnata min-notifika tad-Deċiżjoni skont l-artikolu msemmi.
55 Marginal refinance operations (MRO) rate tal-Bank Ċentrali Ewropew. Jekk ▇▇▇▇ ▇▇▇▇▇▇ u din id-deċiżjoni tiġi kkonfermata, l-imgħax japplika mid-data ta’din id-deċiżjoni.
47
48
Skont il-prattika stabbilita, id-Deċiżjoni tal-Arbitru tkun tidher fis-sit elettroniku tal-Uffiċċju tal-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji wara li jiskadi l-perjodu tal-▇▇▇▇▇▇. Dettalji personali tal-ilmentatur/i jkunu anonimizzati skont l-artikolu 11(1)(f) tal- Att.
Nota ▇▇▇▇▇▇▇
▇▇▇▇▇ dwar il-konsiderazzjonijiet illi l-Arbitru ser jaddotta meta jiddetermina ilmenti relatati ma’ scams tat-tip ‘pig butchering’
A) Sfond
Hekk kif f’Diċembru 2023, l-Arbitru ▇▇▇▇▇▇▇ l-mudell rigward l-allokazzjoni tar- responsabbiltà bejn Fornitur ta’ ▇▇▇▇▇▇▇▇ ▇▇’ Pagament (‘il-Fornitur PSP’) u l-utent ta’ ▇▇▇▇▇▇▇▇ ▇▇’ pagament (‘l-utent’ jew ‘klijent’) f’każijiet ta’ scams li jirriżultaw f’pagamenti frawdolenti, l-Arbitru jqis, b’mod simili, ▇▇▇▇ ▇▇▇▇ bżonn ta’ gwida ġenerali dwar il-konsiderazzjonijiet relevanti f’ilmenti li jinvolvu scams sofistikati ġodda, fosthom, dawk magħrufin bħala ‘Pig Butchering’ scams.1
Kulma jmur, il-frodisti qegħdin jiżviluppaw mezzi li permezz tagħhom jirnexxilhom jiffrodaw konsumaturi finanzjarji vulnerabbli u innoċenti mill-flus ▇▇ ▇▇▇▇ ikunu ħadmu qatigħ għalihom. Fost l-iskemi frawdolenti serji li evolvew ▇▇▇ l-aħħar, ▇▇▇▇ l-użu tal-iscam tat-tip ‘Pig Butchering’ li żdied b’rata mgħaġġla f’▇▇▇▇ l-aħħar snin. ▇▇▇ it-tip ta’ scam spiss iwassal għal konsegwenzi gravi għall-vittma, lil ▇▇▇▇ mit-telf finanzjarju sostanzjali. Minbarra l-konsegwenzi finanzjarji devastanti, jista’ jwassal għal inkwiet u konsegwenzi emozzjonali serji u jħalli effett ħazin fuq l-awtostima tal-persuna, b’possibbilità ta’ konklużjonijiet traġiċi.
Wara li nnota żieda fin-numru ta’ lmenti li jinvolvu ▇▇▇ it-tip ta’ scams, l-Arbitru qiegħed joħroġ din in-Nota Teknika sabiex jiżdied l-għarfien dwarhom u, kif ukoll, jiddeskrivi l-konsiderazzjonijiet li ser jiffurmaw il-bażi tad-deċiżjonijiet tiegħu. L- għan huwa li jkunu aċċertati l-prinċipji ta’ ġustizzja, konsistenza, trasparenza u oġġettività fil-proċess tal-ilment għal ▇▇▇▇ parti kkonċernata. Il-fornituri tas- servizzi finanzjarji huma għaldaqstant imħeġġa sabiex jirrevedu u jaddottaw din in-Nota Teknika.
1 L-Interpol reċentement issuġġerew li t-terminu ‘Pig Butchering’ jiġi sostitwit ma’ xi terminu ieħor li jirrispetta ▇▇▇▇▇ ▇▇▇▇-vittmi - (▇▇▇▇▇://▇▇▇.▇▇▇▇▇▇▇▇.▇▇▇/▇▇/▇▇▇▇-▇▇▇-▇▇▇▇▇▇/▇▇▇▇/▇▇▇▇/▇▇▇▇▇▇▇▇-▇▇▇▇▇-▇▇▇-▇▇-▇▇▇- Butchering-term-cites-harm-to-online-victims). ▇▇▇▇▇▇ ▇▇ l-ebda terminu ġdid għadu ma kiseb rikonoxximent internazzjonali, temporanjament l-OAFS qed tkompli tuża t-terminu ‘Pig Butchering’ biex tiżgura li vittmi li jistgħu jaqgħu għal ▇▇▇▇ il-frodi jkunu jafu għalxiex qed nirreferu u jiġu skoraġġuti milli jisfgħu vittmi. Għall-futur, qed nippjanaw li nużaw it-terminu ‘Relationship Confidence Fraud’ jew simili.
1
Il-konsiderazzjonijiet imniżżlin f’din in-Nota Teknika huma intiżi biex iservu biss bħala gwida. Il-▇▇▇▇▇ ▇▇’ ▇▇▇▇ ilment ser jibqgħu jkunu determinati u kkunsidrati skont iċ-ċirkostanzi partikolari ta’ ▇▇▇▇ ▇▇▇, fejn jiġu eżaminati bir-reqqa kif xieraq.
Jekk iċ-ċirkostanzi speċifiċi hekk jiddettaw, l-Arbitru għandu d-diskrezzjoni ▇▇ ▇▇ jimxix senjatament ma’ ċertu aspetti mniżżlin f’din in-Nota Teknika, jew li jieħu konjizzjoni ta’ u/jew jagħti iżjed importanza lil aspett/i, skont kif l-Arbitru jqis li huwa xieraq. Ir-raġunijiet għal ▇▇▇▇ pożizzjoni li tittieħed ikunu miktuba, bħal dejjem, fid-deċiżjonijiet tal-Arbitru, fejn ▇▇▇▇ ▇▇▇ jiġi ddeterminat u aġġudikat b’referenza għal dak li, fl-opinjoni tal-Arbitru, huwa ġust, ekwu u raġonevoli fiċ- ċirkostanzi partikolari u l-merti sostantivi tal-każ rispettiv.2
B) X’inhuwa ‘Pig Butchering’?
‘Pig Butchering’ huwa tip ta’ scam fejn il-frodist ▇▇▇▇ ▇▇▇▇▇▇ varji, bħal inġineriji soċjali u manipulazzjoni psikoloġika, sabiex jistabbilixxi relazzjoni (li tista’ tkun ta’ natura platonika, romantika, jew kummerċjali), fejn jirbaħ il- kunfidenza u l-fiduċja tal-vittma u, mbagħad, gradwalment u b’intenzjoni qarrieqa jintroduċi lill-vittma għal opportunità ta’ investiment li tkun frawdolenti, fejn il-frodi tipikament iseħħ fuq perjodu ta’ żmien, li saħansitra jaf idum fuq numru ta’ ġimgħat jew xhur.3
Fil-maġġor parti tal-każijiet, il-frodisti l-ewwel javviċinaw il-vittmi permezz tal- mezzi soċjali jew apps elettroniċi romantiċi u jistgħu jistaqsuhom sabiex jibdew jikkomunikaw permezz ta’ pjattaforma soċjali differenti oħra (pereżempju, bħal WhatsApp, WeChat, u Telegram, fost oħrajn). Il-vittmi jistgħu anke jiġu avviċinati direttament minn fuq applikazzjonijiet elettroniċi simili. Il-frodist jibda jikkomunika regolarment mal-vittma bil-għan illi jistabbilixxi u jżomm ir- relazzjoni.
Hekk kif il-frodist jirbaħ il-fiduċja u l-attenzjoni tal-vittma, l-frodist jipproponi opportunità ta’ investiment, li normalment tinvolvi ‘crypto-assets’ (kriptoassi), (għalkemm jaf tinvolvi tipi ta’ assi oħra differenti). Il-frodist joffri li jagħti għajnuna u taħriġ lill-vittma biex tiftaħ kont fuq xi pjattaforma sabiex jinxtraw il- kriptoassi u, mbagħad, jipprovdi indirizz ta’ ‘wallet’ (kartiera) fejn il-vittma tiġi
2 Kapitolu 555 tal-Liġijiet ta’ Malta, Artikolu 19(3)(b).
3 ▇▇▇▇▇▇ ma’ din in-Nota ▇▇▇▇▇▇▇ ▇▇▇▇ sommarju konċiż ta’ xenarji tipiċi użati mill-frodisti fi scams ta’ pig butchering kif ukoll fi scams oħra.
2
ggwidata tittrasferixxi l-fondi sabiex tipparteċipa f’din l-opportunità ta’ investiment. L-opportunitajiet ta’ investiment mill-frodist jaf jinvolvu:
- offerta biex isir negozju jew tranżazzjonijiet onlajn f’kriptoassi magħrufin (jew assi oħra) fejn il-vittmi jiġu ggwidati lejn pjattaformi tal-kummerċ foloz u pjattaformi li jixbħu lil dawk awtentiċi iżda li, fil-verità, ma jkunux ġenwini, liema pjattaformi juru kummerċ fittizju u rati ta’ ntrojtu foloz;
- investiment f’kriptoassi jew ‘tokens’ ġodda;
- investiment b’rendimenti għoljin jew investimenti oħra li jwegħdu ▇▇▇▇▇▇▇ ▇▇▇▇▇ ta’ ▇▇▇▇▇▇▇ fuq perjodu qasir ta’ żmien.
L-opportunità ta’ investiment frawdolenti hija ppjanata b’tali mod li tidher leġittima u ġenwina u normalment tippreżenta rati ta’ qligħ sinifikanti li, però, jkunu artifiċjali, apposta ▇▇▇▇▇ ▇▇▇▇-vittma jżommuha nteressata u jikkonvinċuha tiddepożita dejjem iktar flus. Il-frodisti jabbużaw minn fatturi psikoloġiċi, ▇▇▇▇▇- ▇▇▇▇’ li wieħed qiegħed jitlef opportunità potenzjalment tad-deheb, sabiex jimmanipulawhom u b’hekk jibdew u jibqgħu jinvestu l-flus. Il-frodisti spiss jaddottaw identità falza jew impersonifikazzjoni fejn jippruvaw jagħtu l- impressjoni li huma xi persuna professjonali jew relatati ma’ istituzzjonijiet liċenzjati u rispettabbli meta ▇▇▇ ma jkunx il-każ.
Il-vittma eventwalment tiskopri li qatt ma tkun tista’ tiġbed ▇▇▇▇ la l-flus iddepożitati u wisq anqas il-profitti fittizji. Fl-aħħar stadji ta’ din l-iscam, il- vittma tipikament tiġi mħajjra tiddepożita iżjed flus qabel ma tkun tista’ tingħata l-possibbiltà li tiġbed il-flus u hawnhekk jintużaw bosta tattiċi u skużi (pereżempju, rikjesti għal ▇▇▇▇ ▇▇’ ▇▇▇▇▇▇▇▇ amministrattivi, taxxi, eċċ). Ħafna drabi jinħoloq sens ta’ urġenza li ġġiegħel lill-vittma ▇▇▇▇▇▇▇ ▇▇▇▇ il-pagamenti malajr ▇▇▇▇ jista’ jkun, bl-iskuża illi nkella jkun dovut ▇▇▇▇ ▇▇’ multi għoljin, jew li jiġi ffriżat il-kont jew li l-flus jintilfu għal kollox. ▇▇▇▇ iżda ▇▇▇▇ ▇▇▇▇ tentattivi oħra ntiżi sabiex il-vittma toħroġ iżjed flus.
▇▇▇ it-tip ta’ scam fl-aħħar mill-aħħar jikkawża telf finanzjarju sinifikanti għall- vittma, fejn ħafna drabi jirriżulta f’telf sostanzjali, jekk mhux sħiħ, tal-flus imfaddla u ġieli addirittura jwassal għal akkumulazzjoni serja ta’ dejn.
3
Ċ) X’differenza ▇▇▇▇ bejn ‘Pig Butchering’ u scams APP?
L-iscam tal-‘Pig Butchering’ hija differenti u probabbli ferm iżjed krudili minn frodi tal-phishing jew smishing jew Authorised Push Payment (‘APP’), li dwarhom l-Arbitru diġà ħareġ Noti Tekniċi li jikkonċernaw l-allokazzjoni tar-responsabbiltà għat-telf soffert bejn il-konsumatur-vittma u l-Fornitur PSP (li jkun il-bank jew istituzzjoni finanzjarja li għamel il-pagament).
Filwaqt li, pereżempju, t-tip ta’ frodi APP ħafna drabi tikkonsisti f’tranżazzjoni ta’ darba għal ammont ▇▇ ▇▇ jeċċedix il-limitu ta’ pagamenti li jistgħu jsiru kuljum kif ikun miftiehem mal-Fornitur PSP, l-iscams ta’ ‘Pig Butchering’ spiss jinvolvu serje ta’ tranżazzjonijiet fuq ▇▇▇▇▇ ▇▇’ żmien u, għalhekk, ġeneralment jinvolvu telf bil-wisq akbar.
▇▇▇▇▇▇ ▇▇ scams ▇▇▇▇ ▇▇▇▇ iseħħu tul perjodu ta’ żmien (ġieli fuq ġimgħat jew anke xhur) u jinvolvu serje ta’ tranżazzjonijiet, il-vittmi li avviċinaw l-Uffiċċju tal- Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji (‘ASF’) f’każijiet reċenti ssottomettew, fosthom, ilmenti kontra banek fejn saħqu li l-bank, bħala l-Fornitur PSP tagħhom, għandu tort talli ma ntervjenix jew fetħilhom għajnejhom għall-iscam, u li b’hekk naqas mill-obbligazzjonijiet tiegħu ta’ monitoraġġ tat-tranżazzjonijiet ta’ pagamenti li l- klijent ikun għamel.
D) Obbligazzjonijiet ta’ monitoraġġ tat-tranżazzjonijiet
Jeżistu diversi tipi ta’ fornituri tas-servizzi finanzjarji liċenzjati li huma partikolarment affettwati minn ▇▇▇▇ it-tipi ta’ scams.
▇▇▇▇ il-fornituri ta’ servizzi finanzjarji jistgħu jinqasmu fi tliet kategoriji wiesgħa bħal:
▇. ▇▇▇▇▇/Istituzzjonijiet ta’ Kreditu lliċenzjati taħt l-Att dwar il-Kummerċ Bankarju;4
b. Istituzzjonijiet Finanzjarji, inklużi l-Istituzzjonijiet ta’ Pagament, illiċenzjati taħt l-Att dwar l-Istituzzjonijiet Finanzjarji;5
4 Kapitolu 371 tal-Liġijiet ta’ Malta.
5 Kapitolu 376 tal-Liġijiet ta’ Malta.
4
c. Fornituri tas-Servizz tal-Attivi Finanzjarji Virtwali lliċenzjati taħt l-Att dwar l-Attiv Finanzjarju Virtwali.6
Il-liċenzji li tramite tagħhom joperaw l-imsemmija fornituri tas-servizz jimponulhom livelli differenti ta’ obbligazzjonijiet relatati mal-monitoraġġ tat- tranżazzjonijiet ta’ pagamenti. Iżda l-fornituri liċenżjati huma soġġetti wkoll għall-obbligazzjonijiet fiduċjarji lejn il-klijenti tagħhom ai termini tal-Kodiċi Ċivili u l-kundizzjonijiet tal-liċenzja tagħhom.
(i) ▇▇▇▇▇ u Istituzzjonijiet ta’ Kreditu għandhom ▇▇▇▇▇▇ ▇▇▇▇▇ ▇▇▇▇ ▇▇’ obbligazzjonijiet ta’ monitoraġġ tat-tranżazzjonijiet ta’ pagamenti sabiex jipproteġu lill-klijenti tagħhom minn skemi ta’ frodi. ▇▇▇ ▇▇▇▇ wkoll ir-riżultat ġeneralment tar-relazzjoni ▇▇▇▇▇ ta’ bejn il-Bank u l- klijenti tiegħu, li tippermetti lill-Bank jibni stampa affidabbli tat- tranżazzjonijiet li l-klijenti normalment jagħmlu permezz tal-kont bankarju tagħhom. Istituzzjonijiet Finanzjarji u Fornituri tas-Servizz tal- Attivi Virtwali mhux neċessarjament igawdu mill-istess relazzjonijiet twal mal-klijenti tagħhom.
▇▇▇▇▇ u istituzzjonijiet ta’ kreditu huma obbligati li jkollhom sistemi effettivi ta’ monitoraġġ tat-tranżazzjonijiet ta’ pagamenti sabiex jipproteġu l-klijenti tagħhom minn frodi relatat ma’ pagamenti.
Pereżempju, ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/389 tas-27 ta’ Novembru 2017 jistabbilixxi standards tekniċi regolatorji għall-awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur u standards miftuħin ta’ komunikazzjoni li jkunu komuni u sikuri, u jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/2366.7 Artikolu 2(1) jipprovdi illi:
“Il-fornituri ta’ ▇▇▇▇▇▇▇▇ ▇▇’ pagament għandu jkollhom fis-seħħ mekkaniżmi li jimmonitorjaw it-tranżazzjonijiet li jippermettulhom jaqbdu tranżazzjonijiet tal-pagament mhux awtorizzati jew frodulenti […]
▇▇▇▇ il-mekkaniżmi għandhom ikunu msejsa fuq l-analiżi tat- tranżazzjonijiet tal-pagament, filwaqt li jqisu elementi li huma
6 Kapitolu 590 tal-Liġijiet ta’ Malta.
7 ▇▇▇▇▇://▇▇▇-▇▇▇.▇▇▇▇▇▇.▇▇/▇▇▇▇▇-▇▇▇▇▇▇▇/▇▇-▇▇/▇▇▇/?▇▇▇▇▇▇▇&▇▇▇▇▇▇▇▇▇%▇▇▇▇▇▇▇▇▇▇▇▇
5
tipiċi tal-utent ta’ ▇▇▇▇▇▇▇▇ ▇▇’ pagament fiċ-ċirkustanzi ta’ użu normali tal-kredenzjali personalizzati ta’ sigurtà.”
L-Artikolu 2(2) tal-istess Regolament Delegat tal-Kummissjoni jipprovdi wkoll illi:
“Il-fornituri ta’ ▇▇▇▇▇▇▇▇ ▇▇’ pagament għandhom jiżguraw li l- mekkaniżmi li jissorveljaw it-tranżazzjonijiet iqisu, tal-inqas, ▇▇▇▇ wieħed minn ▇▇▇▇ il-fatturi bbażati fuq ir-riskju li ġejjin:
(a) ▇▇▇▇▇ ▇▇’ elementi tal-awtentikazzjoni kompromessi jew misruqa;
(b) l-ammont ta' ▇▇▇▇ tranżazzjoni ta’ pagament;
(c) xenarji tal-frodi magħrufa fl-għoti ta’ ▇▇▇▇▇▇▇▇ ▇▇’ pagament;
(d) ▇▇▇▇▇▇▇ ▇▇’ infezzjoni tal-malwer fi kwalunkwe sessjoni tal- proċedura ta’ awtentikazzjoni;
(e) f’▇▇▇ ▇▇ l-apparat jew is-softwer tal-aċċess jingħata mill-fornitur ta’ ▇▇▇▇▇▇▇▇ ▇▇’ pagament, log tal-użu tal-apparat tal-aċċess jew tas-softwer mogħti lill-utent ta’ ▇▇▇▇▇▇▇▇ ▇▇’ pagament u l-użu anormali tal-apparat tal-aċċess jew tas-softwer.”
Ġie kkjarifikat illi l-obbligazzjoni li jkun ▇▇▇▇ mekkaniżmi ta’ monitoraġġ tal-pagamenti m’hemmx bżonn tkun ‘sorveljanza ta’ riskju f’ħin reali’ u solitament issir ‘wara’ l-eżekuzzjoni ta’ tranżazzjoni ta’ pagament.8 Għadu ma ġiex iddefinit kemm wara imma, naturalment, għal kwalunkwe valur ▇▇▇▇▇ ▇▇’ ▇▇▇▇ il-mekkaniżmi, id-differenza bejn il-ħin ▇▇▇▇▇ ▇▇▇-pagament u dak tas-sorveljanza effettiva ma tridx tkun wisq.
L-Artikolu 68(2) tal-PSD2 wkoll jawtorizza lill-Fornitur PSP sabiex jimblokka pagamenti:
“Jekk maqbul fil-kuntratt qafas, il-fornitur ta’ ▇▇▇▇▇▇▇▇ ▇▇’ pagament jista’ jirriżerva d-dritt li jimblokka l-użu tal-istrument ta’ pagament għal raġunijiet oġġeFvament ġustifikabbli relatati
8 ▇▇▇▇▇://▇▇▇.▇▇▇.▇▇▇▇▇▇.▇▇/▇▇▇▇▇▇-▇▇▇▇-▇▇▇▇-▇▇/▇▇▇/▇▇▇▇/▇▇▇▇▇▇▇▇/▇▇▇▇_▇▇▇▇
6
mas-sigurtà tal-istrument ta’ pagament, is-suspett ta’ użu mhux awtorizzat jew frodulenti tal-istrument ta’ pagament jew, fil-każ ta’ strument ta’ pagament b’linja ta’ kreditu, riskju sinifikaFvament ▇▇▇▇▇ ▇▇ l-pagatur jista’ ma jkunx kapaċi jissodisfa r-responsabbiltà tiegħu li jħallas.”
Il-leġiżlazzjoni kontra l-ħasil tal-flus tipprovdi wkoll bażi legali oħra għall-monitoraġġ tat-tranżazzjonijiet u l-iffriżar jew blukkar ta’ kontijiet bħal f’każ ta’ suspett ta’ attivitajiet frawdolenti.
(ii) Istituzzjonijiet Finanzjarji, inklużi Istituzzjonijiet ta’ Pagament, illiċenzjati taħt l-Att dwar l-Istituzzjonijiet Finanzjarji
Id-dispożizzjonijiet referuti iktar ’il fuq japplikaw b’mod simili għall- Fornituri PSP liċenzjati taħt l-Att Dwar l-Istituzzjonijiet Finanzjarji. Talbiet/Ilmenti mingħand konsumaturi kontra istituzzjonijiet ▇▇▇▇ ▇▇▇▇ kienu ta’ spiss ibbażati fuq l-aspettattivi li l-pagamenti magħmula lil benefiċjarji ▇▇▇▇▇ indikati mill-frodisti, kienu magħmula lill-kontijiet ta’ ▇▇▇▇ it-▇▇▇▇▇ persuni mal-istess istituzzjoni finanzjarja kkonċernata. Għalhekk, il-vittmi talbu li jirkupraw il-flus li tilfu mingħand l-istess istituzzjoni finanzjarja talli din ma waqqfitx it-tranżazzjoni fil-ħin jew talli offriet il-faċilitajiet ta’ kontijiet lill-benefiċjarji nvoluti fl-iscam.
Il-▇▇▇▇▇ ▇▇’ talbiet ▇▇▇▇ ▇▇▇▇ ġeneralment jiddependu fuq il-valur ta’ pagamenti nvoluti kif ukoll in-natura u t-tip ta’ pagamenti li seħħew qabel mill-istess kont. Iżda minħabba li fil-każ ▇▇ ▇▇ jkun ▇▇▇▇ l-ebda storja ta’ operazzjoni tal-kont stabbilita bejn l-ilmentatur u l-Fornitur PSP, tkun diffiċli li jiġi pprovat it-tort min-naħa tas-sistema ta’ monitoraġġ tat-tranżazzjonijiet tal-Fornitur PSP.
Barra minn hekk, talbiet ▇▇▇▇ ▇▇▇▇ normalment jiġu kkontestati mill- Fornitur PSP abbażi tan-nuqqas tal-kompetenza tal-Arbitru li jismagħhom u jiġġudikahom stante li l-ilmentatur (il-vittma) mhuwiex klijent eliġibbli kif definit fl-Att dwar l-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji, Kapitolu 555 tal-Liġijiet ta’ Malta (‘l-Att’).
Emendi fl-Att għandhom iwasslu biex ilmentaturi ▇▇▇▇ ▇▇▇▇ jiġu nklużi fid-definizzjoni ta’ ‘klijent eliġibbli’ sabiex l-Arbitru jkun jista’ jiġġudika talbiet ta’ ▇▇▇ it-tip fuq il-merti partikolari tagħhom. Il-merti b’hekk
7
ikunu jistgħu jiġu kkunsidrati permezz ta’ eżaminazzjoni tal- adekwatezza tal-proċeduri mfassla mill-fornitur tas-servizz rigward l- aċċettazjoni jew onboarding ta’ klijenti B2B, li huma nvoluti jew jippermettu lilhom infushom illi jiġu sfruttati minn skemi ta’ frodi.
(iii) Fornituri tas-▇▇▇▇▇▇▇▇ ▇▇▇-Attivi Finanzjarji Virtwali
▇▇▇▇ jinkludu fornituri tas-servizz li joffru ▇▇▇▇▇▇▇▇ ▇▇’ ‘custodial wallet’ (kartiera ta’ kustodja) u x-xiri u l-bejgħ ta’ assi diġitali permezz tat-tali kartiera. Is-servizzi jinvolvu wkoll t-trasferiment ta’ assi diġitali lil, u mingħand, kartieri diġitali oħra li jistgħu jkunu esterni jew miżmuma internament.
Bosta lmenti li waslu għand l-ASF kienu relatati ma’ frodi fejn allegatament il-frodist ikun ipperswada u assista lill-vittma biex tiftaħ kont u kartiera diġitali mal-fornitur tas-servizz tal-attivi finanzjarji virtwali (‘AFV’), fejn jiġu ttrasferiti fondi mill-kont bankarju normali tal- ilmentatur għal din il-kartiera diġitali u, mbagħad, ▇▇▇▇ il-fondi jintużaw sabiex jinxtraw assi diġitali, bħal Bitcoin u USDT, fost oħrajn.
▇▇▇▇ l-assi diġitali tipikament jiġu ttrasferiti sussegwentament mill- vittma, iggwidata mill-frodist lejn kartieri diġitali esterni taħt il-kontroll tal-frodist u liema kartieri ma jurux l-identità tal-benefiċjarju aħħari tagħhom. Assi li jintbagħtu f’▇▇▇ it-tip ta’ kartieri diġitali jiġu sussegwentament trasferiti mill-frodisti stess f’diversi kontijiet oħra permezz ta’ għadd kbir ta’ tranżazzjonijiet li jagħmluha diffiċli biex wieħed jittraċċa d-destinazzjoni finali tal-assi.
Meta fl-aħħar il-vittmi jirrealizzaw li ġew ingannati u ffrodati, jiftħu ilment kontra l-fornitur tas-servizz AFV fejn jallegaw illi l-istess fornitur ma pproteġihomx mill-frodisti u li ▇▇▇ ▇▇▇▇▇ r-responsabbiltà li jwaqqaf it-trasferiment tal-attivi tagħhom lejn il-kartiera diġitali esterna. Talbiet ▇▇▇▇ ▇▇▇▇ normalment jinvokaw l-obbligazzjonijiet tal-AFV kontra l- Ħasil ta’ Flus u l-Iffinanzjar tat-Terroriżmu (‘AML/FT’) jew billi jirreferu għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar is-▇▇▇▇▇▇▇▇ ▇▇’ Pagament illi, però, mhux neċessarjament japplikaw.
Fil-maġġor parti tal-każijiet deċiżi s’issa, l-Arbitru ma setax jaċċetta t- talbiet tal-vittmi u jiddeċiedi favurihom għaliex:
8
1. L-Att dwar L-Attiv Finanzjarju Virtwali (‘Att AFV’) ma jimponix obligazzjonijiet ta’ monitoraġġ tat-tranżazzjonijiet bħalma ▇▇▇▇ imponut fuq il-▇▇▇▇▇ permezz tad-Direttiva Nru. 1 tal-Bank Ċentrali ta’ Malta – Il-Proviżjoni u l-Użu tas-▇▇▇▇▇▇▇▇ ▇▇’ Pagament (Ref. CBM 01/2018) li tgħid illi “This Directive is modelled on the requisites of the Directive (EU) 2015/2366”.9
2. Obbligazzjonijiet AML/FT huma koperti mill-Proċeduri ta’ Implimentazzjoni maħruġin mill-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) kif applikabbli għas-settur tal-AFV.10 Iżda kwalunkwe ksur tal- Proċeduri ta’ Implimentazzjoni jaqgħu taħt il-prerogattiva u r- responsabbiltà tal-FIAU li jistgħu jissanzjonaw lill-fornitur illiċenzjat kif xieraq għan-nuqqasijiet tiegħu, iżda, però, ma joffrux ▇▇▇▇▇▇▇▇ ▇▇’ ġudizzju u kumpens għall-vittmi tal-frodi.
Gwida – Inħarsu ’l Quddiem
(i) ▇▇▇▇▇ u Istituzzjonijiet ta’ Kreditu
Il-▇▇▇▇▇ ▇▇▇▇ mħeġġa jassiguraw li sar miljorament sostanzjali fis-sistemi tagħhom ta’ monitoraġġ tal-pagamenti. Il-▇▇▇▇▇ għandhom il-benefiċċju ta’ relazzjonijiet fit-tul mal-klijenti tagħhom u jeħtieġu sistemi sensittivi għal xi aġir ġdid ikkomparat ma’ tendenzi preċedenti ta’ klijent. Aġir ġdid għandu jiġi mmarkat u l-klijent infurmat u avżat kif xieraq. Il-komunikazzjonijiet mal- klijenti għandhom jiġu dokumentati sabiex ikunu jistgħu jservu bħala evidenza fil-proċess ta’ ġudizzju.
Il-▇▇▇▇▇ għandhom ikunu jafu b’aspetti komuni tal-iscams u għandhom l-obbligu li javżaw lill-klijent dwar ir-riskju identifikat minħabba devjazzjoni anormali mis-sekwenza ta’ pagamenti normali tagħhom u r-riskju ▇▇▇▇ ▇▇▇ jista’ jinvolvi xi frodi. Aktar stħarriġ, investigazzjoni u komunikazzjoni kif xieraq mal-klijent jistgħu jagħmlu differenza u jipprevenu t-tkattir ta’ xi skema frawdolenti fl-istadji bikrin tagħha.
L-argument tal-banek illi ▇▇▇▇▇ fis-sekwenza ta’ pagamenti ma kinitx timmerita l-intervent tagħhom ▇▇▇▇▇▇ ▇▇ l-pagament sar f’kont tal-klijent stess ma’ bank
9 Directive-1.pdf (▇▇▇▇▇▇▇▇▇▇▇▇▇▇▇▇.▇▇▇)
10 FIAU Part II (▇▇▇▇▇▇▇▇▇.▇▇▇)
9
jew istituzzjoni jew fornitur tas-servizz AFV ieħor huwa meqjus validu biss sa ċertu punt.
Il-▇▇▇▇▇ għandhom ikollhom biżżejjed esperjenza biex jitqajjem suspett dwar ċertu tranżazzjonijiet fi kriptoassi minn klijent li jkunu atipiċi u suspettużi. Trasferimenti atipiċi għandhom jiġu evalwati b’attenzjoni speċjali, anke f’każijiet ta’ pagamenti f’kont tal-klijent innifsu.
Il-▇▇▇▇▇ għandhom jintervjenu sabiex javżaw lill-klijent qabel ma jkun tard wisq fil-każ ta’ tranżazzjonijiet atipiċi u ▇▇ ▇▇ jirriflettux il-karatteristika tal- klijent u l-pagamenti tipiċi tiegħu, jew fil-▇▇▇ ▇▇ s-sekwenza ta’ tranżazzjonijiet tibda tieħu ċertu xejra u l-ammonti ttrasferiti jibdew isiru iżjed frekwenti u jakkumulaw b’mod u manjiera ▇▇ ▇▇ jibqgħux jirriflettu s-sekwenza u n-natura ta’ tranżazzjonijiet preċedenti u tipiċi tiegħu.
Il-waqt preċiż tat-tranżazzjoni jew sekwenza meta l-▇▇▇▇▇ għandhom jintervjenu u jitkellmu mal-klijent tagħhom jiddependi miċ-ċirkostanzi partikolari ta’ ▇▇▇▇ ▇▇▇, iżda nuqqas ta’ azzjoni min-naħa tal-bank sempliċiment minħabba l-argument li l-bank kien qiegħed jistrieħ fuq l-aspett li l-pagamenti saru lejn kont tal-istess klijent, mhux ser ikun meqjus b’mod favorevoli mill- Arbitru.
Rigward l-obbligazzjonijiet ta’ monitoraġġ tat-tranżazzjonijet u l-assessjar ta’ azzjoni xierqa mill-▇▇▇▇▇ u istituzzjonijiet ta’ kreditu, l-Arbitru ser jieħu wkoll konjizzjoni tas-segwenti:
- F’liema waqt/iet intervjena l-bank;
- Safejn u t-tip ta’ intervent/i li ttieħed mill-bank;
- L-aġir u l-azzjonijiet tal-ilmentatur wara l-imsemmi/ja intervent/i.
B’mod partikolari, l-Arbitru ser jieħu konjizzjoni ta’ ▇▇▇▇ l-aspetti fil-konfront ta’ tranżazzjonijiet atipiċi jew li ▇▇▇▇ ▇▇▇▇▇ l-karatteristika tat-tranżazzjonijiet tal- klijent. Il-konsiderazzjonijiet li ser jitqiesu sabiex jiġi ddeterminat jekk tranżazzjoni titqiesx bħala atipika jew barra mill-karatteristika tat- tranżazzjonijiet tal-klijent jinkludu, fost oħrajn, għadd jew waħda mis-segwenti fil-kuntest ta’ tranżazzjonijiet preċedenti tal-klijent u l-profil tiegħu:
10
(a) Il-valur u d-daqs tat-tranżazzjoni (ikkomparati mal-ammont medju ta’ tranżazzjoni tal-klijent u l-ammont totali tal-kont bankarju u/jew id-dħul ▇▇▇▇ ▇▇’ ▇▇▇▇ xahar);
(b) Il-frekwenza, il-ħin, u x-xejra ta’ tranżazzjonijiet simili jew l-istess;
(c) L-ammont kumulattiv li jirriżulta minn tranżazzjonijiet simili jew l-istess (ikkomparat mal-ammont medju ta’ tranżazzjoni u l-ammont totali tal-kont bankarju);
(d) L-iskop tat-tranżazzjoni;
(e) Ir-reċipjent tat-tranżazzjoni;
(f) Twissijiet pubbliċi relevanti u materjali rigward ir-reċipjent;
(g) Inkonsistenzi oħra jew in-natura eċċezzjonali tat-tranżazzjoni jew tas-serje ta’ tranżazzjonijiet ikkomparati mal-operat preċedenti tal-kont bankarju.
(ii) Istituzzjonijiet Finanzjarji, inklużi l-Istituzzjonijiet ta’ Pagament, illiċenzjati taħt l-Att dwar l-Istituzzjonijiet Finanzjarji
Il-kunsiderazzjonijiet referuti iktar ’il fuq (f’sezzjoni punt (i) għal ▇▇▇▇▇ u istituzzjonijiet ta’ kreditu), japplikaw b’mod simili għall-Fornituri PSP liċenzjati taħt l-Att dwar l-Istituzzjonijiet Finanzjarji fejn il-klijent ikollu kont ta’ pagament dirett magħhom.
Istituzzjonijiet finanzjarji għandhom ukoll ikunu lesti jiddefendu ilmenti kontrihom abbażi tal-merti u mhux jistrieħu kompletament fuq l-argument tan- nuqqas ta’ kompetenza tal-Arbitru fir-rigward ta’ ‘klijent eliġibbli’ ai termini ta’ Kap. 555 f’każijiet oħra.
B’mod partikolari, ▇▇▇▇ il-fornituri għandhom jaddottaw proċeduri ta’ aċċettazjoni jew onboarding iżjed b’saħħithom għall-kumpaniji klijenti tagħhom li jirċievu fondi mingħand konsumaturi ntiżi biex isiru tranżazzjonijiet t’investiment. Meta ▇▇▇▇ il-kumpaniji li huma klijenti tal-fornitur (fejn possibilment jaf ikunu anke nvoluti f’attivitajiet tipikament liċenzjati) jirċievu fondi minn konsumaturi tip retail, jeħtieġ li jkun ▇▇▇▇ is-serħan il-moħħ ▇▇▇▇ ▇▇▇▇ il-kumpaniji għandhom sistemi ta’ aċċettazzjoni jew onboarding adegwati għall-klijenti tagħhom stess.
11
Barra minn hekk, għandu jkun ▇▇▇▇ raġuni konvinċenti għalfejn il-kumpaniji li huma bbażati f’ġurisdizzjonijiet oħra, u li huma nvoluti f’attivitajiet li normalment huma lliċenzjati, fittxew servizz ta’ kont ta’ pagament mingħand istituzzjoni finanzjarja bbażata ġewwa Malta.
Meta l-iskema frawdolenti tinvolvi serje ta’ pagamenti fuq perjodu qasir ta’ żmien, l-obbligazzjoni fuq l-istituzzjoni finanzjarja li tintervjeni f’ċertu punt qabel ma tkompli tipproċessa l-pagamenti, jiżdied f’▇▇▇▇ stadju. Speċjalment meta l- ordni għall-pagament minn konsumatur kien fiha biss in-numru IBAN, mingħajr identifikazzjoni ċara ta’ ▇▇▇ ▇▇ l-benefiċjarju tal-pagament, il-▇▇▇▇▇▇ ▇▇’ suspett u l-ħtieġa għal investigazzjoni u intervent jogħlew.
(iii) Fornituri tas-▇▇▇▇▇▇▇▇ ▇▇▇-Attivi Finanzjarji Virtwali (AFV)
Il-fornituri tas-servizz tal-AFV għandhom ikunu jafu illi mad-dħul fis-seħħ tar- Regolament (UE) 2023/1113 u l-Linji Gwida dwar ir-▇▇▇▇▇▇ ▇▇▇-Ivvjaġġar (‘Travel Rule’11) l-obbligazzjoni tagħhom li jżommu reġistri affidabbli dwar is-sidien tal- kartieri diġitali esterni jiżdied drastikament mit-30 ta’ Diċembru 2024.
L-argumenti illi m’għandhomx mezz kif ikunu jafu l-identità tas-sidien tal-kartieri diġitali esterni illi jkunu ġew aċċettati għall-pagamenti tal-klijenti mhux ser jibqgħu jreġu.
Il-fornituri tas-servizz tal-AFV ilhom żmien jiġu nkoraġġuti mill-Uffiċċju tal- Arbitru (f’deċiżjonijiet li jmorru ▇▇▇▇ ▇▇ mill-2022),12 sabiex joħorġu b’mekkaniżmi aħjar li bihom jimmitigaw iċ-ċans li l-klijenti tagħhom jaqgħu vittmi għal scams ▇▇▇▇ ▇▇▇▇.
Barra minn hekk, fid-deċiżjonijiet tal-Arbitru maħruġa fix-xhur reċenti ▇▇▇▇ ukoll rakkomandazzjoni ▇▇▇▇ ▇▇▇▇ il-fornituri għandhom itejbu l-proċessi tagħhom tal-aċċettazjoni jew onboarding fejn il-klijent ikun imwissi illi l-kartieri ta’
11 ▇▇▇▇▇ ▇▇▇▇▇ dwar ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni fir-rigward ta’ trasferimenti ta’ fondi u ta’ ċerti trasferimenti ta’ kriptoassi skont ir-Regolament (UE) 2023/1113 (“▇▇▇▇▇ ▇▇▇▇▇ dwar ir-▇▇▇▇▇▇ ▇▇▇-Ivvjaġġar”) - EBA/GL/2024/11 tal-04 ta’ Lulju 2024.
▇▇▇▇▇://▇▇▇-▇▇▇.▇▇▇▇▇▇.▇▇/▇▇▇▇▇-▇▇▇▇▇▇▇/▇▇/▇▇▇/▇▇▇/?▇▇▇▇▇▇▇▇▇:▇▇▇▇▇▇▇▇▇▇
▇▇▇▇▇://▇▇▇.▇▇▇.▇▇▇▇▇▇.▇▇/▇▇▇▇▇▇▇▇▇▇▇▇-▇▇▇-▇▇▇▇▇/▇▇▇▇▇-▇▇▇▇▇▇▇▇/▇▇▇-▇▇▇▇▇▇-▇▇▇▇▇▇-▇▇▇▇-▇▇▇▇▇▇▇▇-▇▇▇▇▇▇- money-laundering-and-terrorist-financing-transfers-funds-and
12 Fosthom, Każ ASF 158/2021.
12
kustodja diġitali jistgħu jiġu użati minn frodisti li jkunu qed jippromwovu skemi ta’ qligħ għoli u biex wieħed ▇▇▇▇ ▇▇▇▇▇▇ malajr, bħala mod kif jiżvojtaw il-kontijiet bankarji tal-klijenti u jisparixxuhom f’sistema kumplessa ta’ tranżazzjonijiet anonimi tal-blockchain.13
Konformità ma’ ▇▇▇▇ ir-rakkomandazzjonijiet jew in-nuqqas ta’ konformità ser jittieħdu in konsiderazzjoni għall-ġudizzju ta’ lmenti futuri.
Il-fornituri tas-servizz tal-AFV huma mfakkra li filwaqt li l-liċenzja tagħhom taħt l-Att AFV ma jobbligahomx li jaddottaw mekkaniżmu ta’ monitoraġġ tat- tranżazzjonijiet ta’ pagamenti, bħal kif ir-regoli PSD2 jimponu fuq ▇▇▇▇▇ u istituzzjonijiet ta’ kreditu, Artikolu 27(2) tal-Att AFV jobbligahom għall-istess obbligazzjonijiet fiduċjarji kif stipulati fil-Kodiċi Ċivili, sakemm huma applikabbli.
In-nuqqas ta’ data li tirriżulta minn relazzjoni preċedenti fit-tul jista’ ma joffrilhomx il-possibbiltà, kif ġeneralment disponibbli għall-▇▇▇▇▇, ▇▇ josservaw sekwenzi atipiċi kkomparat ma’ tendenzi passati.
Minkejja ▇▇▇, iżda, jekk ▇▇▇▇▇ il-perjodu qasir ta’ żmien tar-relazzjoni jkun ▇▇▇▇ ċertu pagamenti ▇▇ ▇▇ jkunux bħall-bqija li jkunu ġew reġistrati, jew jekk it-tranżazzjonijiet li jwasslu għall-frodi jiddevjaw min-▇▇▇▇▇ skont il-profil KYC abbażi ta’ liema l-klijent ikun ġie aċċettat oriġinarjament, huwa meqjus li l- obbligazzjonijiet fiduċjarji ġenerali għandhom isejħu għal investigazzjoni siewja u konverżazzjoni f’waqtha mal-klijent biex iwissuh kontra l-possibbiltà ta’ scams.
Pereżempju, pagament għal ammont li huwa evidentement ogħla mill- pagamenti l-oħrajn jista’ jservi ta’ indikazzjoni ta’ azzjoni mill-frodisti li jkunu qegħdin jattentaw il-‘pig butchering’ fuq il-klijent (hekk kif ħareġ f’każijiet fejn klijenti kienu mitluba mill-frodist iħallsu somom ekwivalenti għal dawk li suppost ikunu l-profitti akkumulati, bl-iskuża ta’ ‘strict identification’ u bil-wegħda ▇▇▇▇▇ ▇▇ ser jirritornaw il-pagament flimkien mal-profitti).
Konklużjoni
Huwa fl-interess tal-industrija illi tmur pass oltre, anki lil hinn mir-regolamenti regolatorji, sabiex il-kunfidenza tal-klijenti fis-sistema finanzjarja tiġi assikurata u
13 Fosthom, Każ ASF 069/2024.
13
ma tiddeterjorax minħabba l-mod kif il-frodisti qed jirnexxilhom iqarrqu bihom faċilment mingħajr protezzjoni suffiċjenti mill-fornituri tas-servizzi finanzjarji.
Il-ġudizzju u kumpens deċiż mill-Arbitru ser jirrifletti l-obbligazzjonijiet ta’ ġustizzja, raġonevolezza, u ekwità, kif mitlub minn Kap. 555, permezz ta’ proċeduri informali u li jitlestew mingħajr telf ta’ żmien. ▇▇▇▇ ser jirriflettu wkoll l-imbuttatura meħtiega mill-istituzzjonijiet sabiex jinvestu fit-titjib tas-sistemi ta’ monitoraġġ tal-pagamenti fl-interess li tinżamm infrastruttura sikura għall- pagamenti.
Deċiżjonijiet dwar ▇▇▇▇ ▇▇’ pig butchering scams li qed jinħarġu ma’ ▇▇▇▇ in-Noti Tekniċi jaddottaw evalwazzjoni aktar laxka tar-responsabbiltajiet ta’ moniteraġġ tal-pagamenti fuq istituzzjonijiet liċenzjati. Ġaladarba l-istituzzjonijiet ikollhom il-benefiċċju biex jikkunsidraw, jassorbu u jaddottaw ▇▇▇▇ il-linji gwida, deċiżjonijiet futuri jaddottaw evalwazzjoni aktar riġida.
Il-konsumaturi huma wkoll imfakkra biex jeżerċitaw il-kawtela meta jawtorizzaw tranżazzjonijiet mill-kont tagħhom u joqgħodu attenti għar-riskji li huma speċifikament assoċjati mal-kriptoassi. F’Diċembru 2024, il-European Securities and Markets Authority (ESMA) ▇▇▇▇▇▇ twissijiet addizzjonali dwar kriptoassi, li l- konsumaturi huma mħeġġa jagħtuhom l-attenzjoni u konsiderazzjoni xierqa.14
Konsumaturi ▇▇ ▇▇ għandhomx esperjenza finanzjarja jeħtieġ dejjem jiftakru li jekk hi xi ▇▇▇▇ tidher tajba wisq biex tkun vera, allura, wisq probabbli li hekk tkun.
Maħruġa: Jannar 2025
14 ▇▇▇▇▇://▇▇▇.▇▇▇▇.▇▇▇▇▇▇.▇▇/▇▇▇▇▇/▇▇▇▇▇▇▇/▇▇▇▇▇/▇▇▇▇-▇▇/▇▇▇▇▇▇-▇▇▇▇▇▇▇▇▇▇-▇▇▇▇_▇▇▇▇▇▇▇_▇▇_▇▇▇▇▇▇- assets.pdf
14
ANNEX
Sommarju ta’ wħud mix-xenarji tipiċi li l-frodisti jużaw sabiex jonsbu lil vittmi fi
scams:15
Scams ta’ investimenti
Il-frodisti jagħmlu użu minn strateġiji u teknoloġija ġdida biex jippromwovu l- investiment b’tali mod li jikkonvinċuk illi din hija opportunità mhux ta’ min jitlifha. Iwegħduk profitti kbar għal riskju żgħir jew saħansitra għal ebda riskju. Ħafna drabi jużaw tattiċi li bihom jeżerċitaw pressjoni fuqek sabiex ma jħallulekx ħin tgħarbel is-sitwazzjoni qabel ma tiddeċiedi, iżda jkollok tiddeċiedi malajr, sabiex ikunu jistgħu jisirqulek flusek.
▇▇▇▇▇ relatati ma’ mpjieg jew xogħol fittizju
Il-frodisti joffru mpjieg li jħallas sew jew li xogħol fih ftit li xejn. Jagħmlu tabirruħhom li ser jimpjegawk f’isem kumpaniji kbar jew pjattaformi tax-xiri diġitali. Kultant, l-impjieg lanqas biss ikun jeżisti. Barra minn hekk, il-frodisti jimpersonifikaw aġenziji tal-impjieg magħrufin. L-għan tagħhom huwa li jisirqulek flusek u dettalji personali. Jaf jistaqsuk tħallas il-flus minn qabel biex jaċċettaw li taħdem magħhom.
Scams fuq Prodotti jew ▇▇▇▇▇▇▇▇
Il-frodisti jagħmlu tabirruħhom li huma xi xerrejja jew bejjiegħa sabiex jisirqulek flusek. Jibnu siti diġitali foloz jew profili simili ta’ siti leġittimi ta’ bejgħ fejn joffru b’mod qarrieqi prodotti jew servizzi għal prezzijiet li huma wisq tajbin biex jitwemmnu. Jitfgħu wkoll reklami u rakkomandazzjonijiet foloz biex jipprovaw jikkonvinċuk li huma leġittimi.
Barra minn hekk, jaf jużaw ‘logos’ u ‘domain names’ misruqa, li jagħmlu l-iscam diffiċli biex tinduna biha. Il-frodisti jistgħu wkoll jagħmlu tabirruħhom li huma negozji li inti diġà taf u tafda sabiex tħallas xi kont falz. Ġieli anke jbiddlu dettalji fuq kontijiet leġittimi biex il-klijenti jispiċċaw iħallsu l-frodist minflok il-parti jew fornitur proprju.
15 Sors: ▇▇▇▇▇://▇▇▇.▇▇▇▇▇▇▇▇▇.▇▇▇.▇▇
15
Scams romantiċi
Il-frodisti jużaw il-premessa ta’ mħabba jew ħbiberija sabiex joħdulek flusek. Jipprovaw minn kollox biex jikkonvinċuk li r-relazzjoni ta’ bejnietkom hija reali u finalment jimmanipulawk biex tagħtihom il-flus. Il-frodisti jsibuk fuq il-midja soċjali, jew fuq siti jew applikazzjonijiet romantiċi jew tal-logħob. Jaf anke jipprovaw jibagħtulek messaġġi jew ittri elettroniċi.
Huma jistaħbew wara profili u identitajiet foloz, saħansitra ġieli ta’ ▇▇▇▇ famużi. Ladarba ssir tafdahom, jinfurmawk li nqalgħetilhom ‘emerġenza’ u jistaqsuk għall-għajnuna, ħafna drabi f’forma ta’ flus jew modi oħra, fejn japprofittaw rwieħhom mill-buona volontà tiegħek.
▇▇▇▇▇ relatati ma’ theddid u estorsjoni
Il-frodisti jagħmlu tabirruħhom li jkunu ġejjin minn organizzazzjoni affidabbli u jitolbuk tħallas il-flus inkella tiġri xi ħaġa ħażina. Jaf jhedduk b’arresti, deportazzjoni, jew saħansitra jhedduk bi vjolenza fiżika jekk ma taċċettax li tħallashom immedjatament.
Kapaċi anke jirrikattawk billi jhedduk li ser ixerrdu ritratti jew vidjows indiċenti tiegħek li jaf inti tkun bgħattilhom (f’każ ta’ relazzjoni romantika – ara l-punt preċedenti), jekk tinsisti ▇▇ ▇▇ tħallashomx.
Scams relatati ma’ xi ntrojtu mhux mistenni
jirċievi għal xejn b’xejn.
16
Il-frodisti jipprovaw jikkonvinċuk illi int intitolat għal xi flus jew rebħ ▇▇ ▇▇ kontx qed tistenna li ser tirċievi. Il-frodist jistaqsik tħallas miżata jew tagħtih id-dettalji bankarji jew dettalji personali oħra qabel ma tkun tista’ tiġbor il-flus jew rebħ. Sfortunatament, m’hemmx flus li wieħed
